Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Assistant Manager (Accounting and Finance)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MIV 004/2025


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 17/04/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 05/05/2025 17:15
    Ministeru: Ministeru ghall-Inkluzjoni u l-Volontarjat

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Assistant Manager (Accounting and Finance)  fil-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat. 

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur .

2.2 Waqt il-perjodu ta’ probation/prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Assistant Manager (Accounting and Finance), li jidħol fil-grad bir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà ta’ paragrafu 4.1(a) jew (c) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2025  huwa ta’ €22,526.00 fis-sena, li jiżdied b’€354.00 fis-sena sa massimu ta’ €24,650.00.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 12 titla għal Skala 11, li fis-sena 2025 hija ekwivalenti għal € 24,038.98 fis-sena, li tiżdied b'żidiet annwali ta' € 375.17 sa massimu ta' € 26,290.00, mal-kisba ta’ Diploma fil-Livell 5 tal-MQF kif imsemmija fil-paragrafu 4.1(b).

2.5 Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager li tissodisfa l-klawsola 4.1(b) titpoġġa fi Skala ta’ Salarju 11, u titla' fi Skala 10 (€25,570.98 x €407.67 - €28,017.00) fis-sena 2025 wara tliet (3) snin servizz bħala Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 11, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.6 Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għall-ħlas ta' allowance tal-klassi ta' €500, suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien. 

2.7 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam ta’ Accounting and Finance , skont il-postijiet vakanti stabbiliti.

2.8 Ir-riżultat jibqa’ validu għal perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

2.9 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Assistant Manager (Accounting and Finance) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu: Uffiċjali Pubbliċi jew Ħaddiema tas-Settur Pubbliku li huma ssekondati mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Ħaddiema tal-RSSL. Uffiċjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw;

(i) ikunu kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Ingliża;

 U
  1.  fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 120 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fil-Business Management jew Business Administration jew Economics jew Banking and Finance jew Accountancy jew Diploma professjonali rikonoxxuta komparabbli fil-livell 4 tal-MQF f'Accountancy, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment.

JEW 

  1. fil-pussess ta’ Diploma rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fil-Business Management jew Business Administration jew Economics jew Banking and Finance jew Accountancy jew Diploma professjonali rikonoxxuta komparabbli fil-livell 5 tal-MQF f'Accountancy, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment.

JEW 

       c. (i) fil-pussess ta’ żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat (li wieħed minnhom għandu jinkludi pass fl-Accountancy) u tliet (3) suġġetti fil-Livell Intermedju tal-Matrikola (li wieħed minnhom għandu jinkludi pass fil-Pure Mathematics), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta;

          JEW

           (ii) fil-pussess ta’ tliet suġġetti fil-Livell Avvanzat (li wieħed minnhom jinkludi pass fl-Accountancy).

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 120/60 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. 

Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

Kandidati magħżula li huma fil-pussess ta’ kwalifika rikonnoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (kwalifika jew żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat flimkien ma’ tliet (3) suġġetti fil-Livell Intermedju tal-Matrikola jew fil-pussess ta’ tliet (3) suġġetti fil-Livell Avvanzat, jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli), fl-oqsma indikati fil-4.1(a) u (c) jidħlu bħala Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 12). Mal-akkwist ta’ Diploma rilevanti fil-Livell 5 tal-MQF kif indikat f'paragrafu 4.1(b) f’oqsma relatati, dawn l-uffiċjali jipprogressaw għal Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 11). Il-progressjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu skont id-dispożizzjonijiet indikati fid-dokument li jismu ‘Working Conditions for Officers within the Managerial Stream for Qualified Personnel’.

4.2 (i) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’Livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-Livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorità​ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 

4.3 Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (a) sa 4.1 (c) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata. 


Ministry / Department :

 Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat

Contact Persons :

 is-Sa Kathleen Gharz-Eddin

Address :

 Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Żona 3, Triq in-Negozju, Mrieħel, Birkirkara

Telephone :

 25903147

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.