Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1.1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Għalliem biex jgħallem prinċipalment il-Malti bħala l-ewwel lingwa u l-Ingliż bħala t-tieni lingwa lil studenti fl-Iskola Ewropea f'Lussemburgu jew Brussell, għal din is-sena skolastika.
1.2. Dan l-ingaġġ ser ikun fuq bażi ta’ sekondment skont ir-“Regulations for Members of the Seconded Staff of the European School” Ref: 2011-04-D-14-en-21, li jista’ jiġi aċċessat fuq https://www.eursc.eu/BasicTexts/2011-04-D-14-en-21.pdf
Salarju
2.1. Is-salarju għall-post ta’ għalliem huwa marbut mal-iskala sustantiva tal-kandidat li jintgħażel, jekk ikun uffiċjal pubbliku jew inkella mal-Iskala ta’ Salarju pertinenti li jibda minn Skala ta' Salarju 8 li fl-2025 huwa, ta’ €28,792.02 fis-sena, li jiżdied b’€486.83 fis-sena sa massimu ta’ €31,713.00, jekk il-kandidat magħżul ma jkunx uffiċjal pubbliku.
2.2. Is-salarju bażiku tal-kandidat magħżul ikun supplimentat b’pakkett ta’ rimunerazzjoni, li jinkludu household allowance, spouse’s income allowance (jekk applikabbli), dependent child allowances, education allowances, expatriation allowance, daily subsistence allowance, installation allowance, u resettlement allowance. Dan ilpakkett jinkludi wkoll, rimborż tan-nefqa tal-ispejjes tal-vjaġġ u l-ispejjes tal-ġarr. Id-dettalji tal-allowances u rrimborż tan-nefqa tal-ispejjes jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tal-Iskejjel Ewropej https://www.eursc.eu/BasicTexts/2011-04-D-14-en-21.pdf (Dokument uffiċjali jista' jiġi aġġornat). Aktar dettalji fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, fosthom il-btajjel, il-leave, u l-bqija jistgħu jinkisbu mis-sorsi msemmija f’dan il-paragrafu.
2.3. Il-ħatra, li tkun bi prova għal sena għal persuni li jintagħżlu u mhumiex uffiċjali pubbliċl, hija full-time u taqa’ taħt ir-regoli u r-regolamenti li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, kif ukoll regolamenti li jkunu fis-seħħ fil-MEYR u tinvolvi li persuna tista’ tiġi trasferita skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
2.4. Il-persuna magħżula tidħol f’ħidma ta’ sentejn (2) sabiex isservi bħala Għalliem/a fl-imsemmija skola, liema perjodu jista jiġġedded għal perjodu ta’ tliet (3) snin, li jista’ jiġġedded għal perjodu ieħor ta’ erba’ (4) snin. Ilħidma tkun bi prova għal perjodu ta’ sentejn (2). Il-perjodu totali ta' sekondar ta' membru tat-tagħlim ma jistax ikun aktar minn disa' (9) snin, ħlief minkejja dispożizzjonijiet nazzjonali, f'każ speċjali, debitament speċifikat, fuq talba tad-Direttur jew fuq talba tal-awtorità li tissekonda estensjoni, sa perjodu massimu ta’ tliet (3) snin oħra jistgħu jingħataw. Is-sekondar jista’ jiġi tterminat fi kwalunkwe żmien għal raġuni valida mid-deċiżjoni tal-bord konjuntiv tal-Ispetturi tal-iskejjel Ewropej skont l-arranġamenti tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni.
2.5. Il-pakkett imsemmi f’paragrafu 2.2 huwa strettament marbut mat-twettiq tad-dmirijiet ta’ Għalliem/a fl-Iskola Ewropea, liema pakkett ma jibqax jitħallas hekk kif il-ħidma tal-persuna magħżula tispiċċa jew tiġi tterminata.
2.6. Jekk il-persuna magħżula ma tkunx Uffiċjal Pubbliku fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, hi tiġi appuntata fil-grad sustantiv ta’ Għalliem/a fi ħdan MEYR u fl-istess waqt li tkun qiegħda isservi perjodu ta’ prova ta’ sentejn (2) (ara paragrafu 2.4) hija tkun meħtieġa li sservi perjodu ta’ prova ta’ sena (1) fl-imsemmi grad sustantiv. Jekk ma tiġix ikkonfermata fl-imsemmi Grad sustantiv, l-impjieg tagħha mall-MEYR kif ukoll mal-Gvern ta’ Malta jintemm. Iżda, jekk tiġi kkonfermata fil-Grad sustantiv iżda l-ħidma tagħha tispiċċa jew tiġi tterminata, hija terġa’ tassumi ddmirijiet ta’ Għalliem/a f'kulleġġ tal-istat, skont l-esiġenzi lokali tal-MEYR u tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
2.7. Il-persuna magħżula tkun eliġibbli biex tapplika għal postijiet/pożizzjonijiet u tibqa’ żżomm id-drittijiet ta’ progressjoni kif stipulat fil-ftehim kollettiv għall-gradi tal-għalliema. Is-servizz mogħti fl-Iskola Ewropea, jiġi kkunsidrat bħala esperjenza ta’ tagħlim u, b’konsegwenza t’hekk, il-persuna magħżula tibqa’ żżomm id-drittijiet kollha tal-grad sustantiv tagħha.
2.8. Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.
2.9. Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Għalliem jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. ikunu profiċjenti fiż-żewġ lingwi, il-Malti u l-lingliż; U
iii.
(a) ikollhom kwalifika ta' tagħlim rikonoxxuta (Master’s) f’ Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta ’90 ECTS u 20 ECTS fi TP) bi speċjalizzazzjoni fil-Malti; u Livell Avvanzat fl-Ingliż jew kwalifika rikonoxxuta (Ċertifikat) f’ Livell 4 tal-MQF fit-tagħlim tal-Ingliż bħala lingwa barranija (TEFL Cert);
JEW
(b) ikollhom kwalifika ta’ tagħlim rikonoxxuta (Master ’s) f’Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta ’90 ECTS u 20 ECTS fit-TP) bi speċjalizzazzjoni fl-Ingliż, u Livell Avvanzat fil-Malti jew kwalifika rikonoxxuta (Ċertifikat) f’ Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 30 ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti *) fil-Qari tal-Provi bil-Malti;
JEW
(ċ) ikollhom degree ta' Baċellerat rikonoxxut f ’Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 240 krettu ECTS/ECVE jew ekwivalenti, li jinkludi 16-il krettu ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti fit-Teaching Practice (TP), jew ekwivalenti fl-esperjenza fl-iskola *) fl-Edukazzjoni bi speċjalizzazzjoni fil-Malti u fis-Snin Bikrija u Medji (EMY) bħala sussidjarja;
JEW
(d) ikollhom degree ta' Baċellerat rikonoxxut f ’Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti *) bi speċjalizzazzjoni fl-Ingliż u l-Malti u kwalifika pedagoġika rikonoxxuta f ’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET, ekwivalenti għal kretti, li jinkludu 12 ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti fil-prattika tat-tagħlim (TP) u 6 ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti fl-esperjenza tal-iskola fil-Malti;
JEW
(e) ikollhom degree ta' Baċellerat rikonoxxut f ’Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti *) bi speċjalizzazzjoni fl-Ingliż u l-Malti, u kwalifika pedagoġika rikonoxxuta f ’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti li jinkludu 12 ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti fil-prattika tat-tagħlim (TP) u 6 ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti fl-esperjenza tal-iskola fl-Ingliż;
JEW
(f) ikollhom degree ta' Baċellerat rikonoxxut f ’Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 240 ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti, li jinkludi 16 ECTS/ECVET, kretti ekwivalenti fit-teaching practice (TP) u 8 ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti fl-esperjenza fl-iskola *) fl-Edukazzjoni bi speċjalizzazzjoni fil-Malti u kwalifika rikonoxxuta (Ċertifikat) f ’livell 4 tal-MQF fit-tagħlim tal-Ingliż bħala lingwa barranija (TEFL);
JEW
(g) ikollhom degree ta' Baċellerat rikonoxxut f ’Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 240 ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti, li jinkludi 16 ECTS/ECVET, kretti ekwivalenti fit-teaching practice (TP) u 8 ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti fl-esperjenza fl-iskola *) fl-Edukazzjoni bi speċjalizzazzjoni fl-Ingliż u kwalifika (ċertifikat) rikonoxxuta f ’livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 3 ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti *) fil-Qari tal-Provi bil-Malti;
JEW
(h) ikollhom degree ta' Baċellerat rikonoxxut f ’Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 240 ECTS/ECVET kretti jew ekwivalenti, li jinkludu 16-il krettu ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti fil-prattika tat-tagħlim (TP) Franċiż jew Ġermaniż, u Livell Avvanzat fil-Malti jew kwalifika (ċertifikat) rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 30 krettu ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti *) fil-Qari tal-Provi bil-Malti;
JEW
(i) ikollhom degree ta' Baċellerat rikonoxxut f ’Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti *) fl-Edukazzjoni Inklużiva u Livell Avvanzat fil-Malti jew kwalifika (ċertifikat) rikonoxxuta f’ Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 30 ECTS/ECVET, kretti jew ekwivalenti *) fil-Qari tal-Provi bil-Malti;
JEW
(j) ikunu fil-pussess ta’ kwalifika ta’ tagħlim rikonoxxuta, bi speċjalizzazzjoni fil-Malti, u livell Avvanzat fl-Istorja jew, Ġografija, jew Filosofija. Dan ir-rekwiżit japplika esklussivament jekk it-teaching load fi Skola Ewropea speċifika tkun tikkonsisti primarjament fit-tagħlim tal-Malti u f ’wieħed minn dawn is-suġġetti.
iv. Minbarra r-rekwiżiti msemmija f’4.1 (iii) hawn fuq, l-applikanti għandhom jissodisfaw ukoll dan li ġej:
(a) fil-pussess ta'Warrant ta’ Għalliem (Warrant Permanenti) skont is-sezzjoni 24 (2) tal-Att dwar l-Edukazzjoni (Kap.327); U
(b) bħalissa Għalliem; U
(ċ) ikollhom mhux inqas minn tlett (3) snin skolastiċi esperjenza ta’ tagħlim f'dawn l-aħħar sitt (6) snin bħala għalliem regolari fi skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obbligatorja; U
(d) kienu jgħallmu f’dawn l-aħħar sentejn (2) ta’ qabel id-data tal-ħruġ ta’ din is-sejħa fi skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obbligatorja; U
(e) minbarra fl-Ingliż u l-Malti għandhom għarfien profond tat-tieni lingwa Komunutarja. Preferibbli li l-għarfien tal-lingwa ikun tal-post tax-xogħol ;
v. Kwalunkwe referenza għal Tagħlim/kwalifika/kors pedagoġiku msemmija f’din is-sejħa għandha titqies bħala rikonoxxuta mis-CTP skont l-artikolu 24 (2) (d) (iv) tal-Att dwar l-Edukazzjoni u tista’ tiġi aċċessata (Appendiċi A) mis-sit elettroniku: https://educationservices.gov.mt/en/vacancies/Pages/Vacancies.aspx.
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 6, 8, 12, 16, 30, 60, 180, 240 ECTS/ECVET kretti (skond kif applikabbli), hekk kif applikabbli hija accetta biss suggett ghal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tigi sottomessa mal-applikazzjoni.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2. (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafi 4.1 iii (a) sa (j) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4. Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation |
Contact Persons : | Edu Servizz.gov |
Address : | Great Siege Road,Floriana,VLT2000 |
Telephone : | 2598 0000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.