Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Espressjoni ta’ Interess minn fost l-Uffiċjali Pubbliċi biex jiġu assenjati dmirijiet bħala: Data Collectors/Interviewers għal-Catch Assessments Surveys, fid-Dipartiment tas-Sajd u L-Akkwakultura fil-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru MAFA/HR 15/2023


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Espressjoni ta' Interess  

    Oħrajn
    Data ppubblikata: 24/03/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 11/04/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru Għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet Tal-Annimali
    Dipartiment: Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A  
1. F’konformità mal-kunċett tal-mobilità tal-impjiegi, li jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim tal-individwu filwaqt li jindirizza l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, id-Dipartiment għas-Sajd u l-Akkwakultura fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, qiegħed ifittex li jidentifika Uffiċjali Pubbliċi adatti biex iwettqu dmirijiet kif imsemmija hawn fuq, għal perjodu ta’ ħames (5) snin, li jista’ jiġġedded għal aktar perjodi. 

2. Il-kandidati magħżula għandhom, għall-perjodu li matulu jiġu assenjati tali dmirijiet, iwieġbu lill-Kap tad-Dipartiment fejn jiġu assenjati. Il-kandidati magħżula għandhom jattendu it-taħriġ xieraq, kif ukoll l-interviews li jsiru fil-ħinijiet tax-xogħol filgħodu. 

3. Il-perjodu ta’ assenjazzjoni għandu jitqies bħala “servizz fil-grad” għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul tas-servizz, anzjanità, salarju, progressjoni u, fejn applikabbli, għall-finijiet ta’ pensjoni tat-Teżor. Il-prestazzjoni f’dawn id-dmirijiet tiġi wkoll rikonoxxuta fir-Record of Service (GP47).

3.1. Il-Catch Assessment Surveys (CAS) isiru mid-Dipartiment għas-Sajd u l-Akkwakultura skont id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni (EU) 2021/1167, li tadotta programm Kommunitarju multiannwali għall-ġbir, l-immaniġjar u l-użu tad-data fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura. Il-CAS isiru għal kull xahar tas-sena ta' referenza. 

4. L-interviewers jitħallsu bir-rata ta' €20.00 għal kull kwestjonarju li jimtela. Din ir-rata tinkludi, fost l-oħrajn, it-taxxi u l-ispejjeż kollha li jħallas l-Interviewer sabiex jikkuntattja lil min ikun se jiġi intervistat u kif ukoll l-ispejjeż tat-trasport. Il-ħlas isir meta s-surveys assenjati jitlestew b'suċċess, u parti mill-ħlas jew saħansitra il-ħlas kollu jista' jinżamm, jekk l-assignment jintemm qabel it-tlestija b'suċċess tas-surveys assenjati. 

4.1. L-interviewers għandhom jirrapurtaw lid-Direttur Ġenerali (Sajd u Akkwakultura), jew lil rappreżentant/a, jew delegat/a tiegħu, u l-applikanti magħżula jkunu mistennija jiffirmaw undertaking li jikkonferma l-impenn tagħhom għal dan l-assignment. Min jonqos li jimxi mad-direzzjoni u/jew l-iskadenzi mogħtija mid-Direttur Ġenerali (Sajd u Akkwakultura), u/jew rappreżentant/a tiegħu, mingħajr ġustifikazzjoni xierqa, jista' jintemmlu l-assignment b'mod immedjat. 

4.2. L-interviewers jintalbu li jattendu għal sessjonijiet ta' taħriġ u briefing. Dawn jistgħu isiru matul il-ħin tal-uffiċċju u għal dan il-għan, il-persuni li jintgħażlu jkunu mistennija li jagħmlu arranġamenti personali sabiex jiġu rilaxxati min fuq il-post tax-xogħol tagħhom. L-attendenza għal dawn is-sessjonijiet mhijiex koperta bi ħlas addizzjonali. 

4.3. Id-Data Collectors/Interviewers ser ikunu qed jifformaw parti mil-Fisheries Research Unit fi ħdan id-Dipartiment għas-Sajd u l-Akkwakultura u ser ikunu qedgħin jaħdmu fuq bażi part-time.


Dmirijiet

5. L-uffiċjali eliġibbli huma għalhekk mistiedna jippreżentaw l-espressjoni ta’ interess tagħhom biex jiġu assenjati dmirijiet relatati ma’ waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Id-dmirijiet u r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà huma deskritti fl-Anness 'A'. L-uffiċjali ssekondati/mislufin/detailed/deployed/on attachment ma’ Organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà meħtieġa, jistgħu japplikaw ukoll.

Eliġibbiltà

6. L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. Il-kandidati magħżula jiġu assenjati fuq dmirijiethom skont l-eżitu ta’ tali valutazzjoni u skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku. 

6.1. Uffiċjali Pubbliċi fi Skala ta' Salarju mhux inqas minn Skala 16, jew impjegati fis-Settur Pubbliku fi Skala ta' Salarju komparabbli, huma mistiedna li jissotomettu espressjoni ta' interess, sabiex iwettqu dmirijiet bħala Interviewers, għall-ġbir ta' data għall-CAS għas-snin ta' referenza mill-2023 il-quddiem. Kunsiderazzjoni xierqa tingħata lil dawk l-applikanti li għandhom esperjenza ta' xogħol xierqa u ppruvata u li: 

a) ikollhom għarfien fl-industrija tas-sajd Maltija, inklużi id-diversi tipi ta' ħut maqbud, bastimenti tas-sajd u fishing gears użati u liema speċi huma targeted b'mod ġenerali;

b) ikollhom għarfien dwar il-qabda u l-varjabbli (eż. jiem fuq il-baħar, vjaġġi tas-sajd, speċi targeted skont il-fishing gears użati, eċċ) u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq operazzjoni tas-sajd; 

c) ikunu jirrikonoxxu l-outliners meta jiġbru id-data (eż. figuri esaġerati, eċċ) biex imbagħad iseġwi mal-persuna intervistata biex jaġġustaw iċ-ċifri għal ammonti preċiżi; 

d) ikollhom ħiliet ta' komunikazzjoni tajba, kemm verbali kif ukoll bil-miktub u l-abbilta' li jieħdu approċi differenti u jaddattaw għal kull intervistatur biex iwassal data kompluta u ta' kwalita tajba; 

e) komdi bl-użu tat-teknoloġija bħal smartphones, tablets u laptops, u applikazzjonijiet/software (bħal Excel jew software ieħor tal-ispreadsheets) biex tiġabar, tiddaħħal u tiġi immaniġjata id-data miġbura; 

f) fluwenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliza, biex tiffaċilita il-komunikazzjoni mal-intervistaturi; 

g) kapaċi jimmaniġjaw il-ħin b'mod effettiv biex jintlaħqu l-iskadenzi u jiżguraw li id-data tinġabar f'waqtu;

h) ikollhom esperjenza fil-ġbir tad-data fi ħdan l-industrija tas-sajd u/jew esperjenza fil-ġbir ta' data oħra permezz ta' stħarriġ, intervisti u/jew osservazzjonijiet f'setturi oħra. 

7. Kull kwalifika u esperjenza dikjarata għandha tkun sostnuta b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu mehmuża mas-sottomissjoni tal-Uffiċjal. Kopji skennjati mibgħuta elettronikament huma aċċettabbli.

7.1. Iċ-ċertifikati u/jew it-testimonjanzi oriġinali jridu jintwerew waqt l-intervista mingħajr ebda eċċezzjoni.

8. Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat mid-Dipartiment għas-Sajd u l-Akkwakultura, u jkun esebit fuq in-noticeboard tad-Dipartiment għas-Sajd u l-Akkwakultura, fl-Agriculture Research and Innovation Hub, Triq l-Ingiered, Luqa.

8.1. Petizzjonijiet li joġġezzjonaw għar-riżultat tal-proċess tal-għażla għandhom jaslu għand Direttur Ġenerali (Sajd u Akkwakultura) fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.

Ministry / Department :

Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali

Contact Persons :

Andrew Sciberras

Address :

Dipartiment għas-Sajd u l-Akkwakultura, Agriculture Research and Innovation Hub, Triq l-Ingiered, Luqa, LQA 3300

Telephone :

2339 7244

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.