Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Programme Manager

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 15/01/2021


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 15/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 29/01/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annes A/ Annex A Duties  
Ara d-dokument Senior Programme Manager - RAD - MAFA - Mlt 
Ara d-dokument Senior Programme Manager - RAD - MAFA - Eng 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Senior Programme Manager għall-Establishment of National Agricultural Research and Innovation Hub fid-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali fil-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali.

3. Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Senior Programme Manager  huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 5 (ekwivalenti għal € 32,337.33 fl-2021), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Senior Programme Manager jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familjijew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża; 
  2. ikollhom kwalifika Masters rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti jew ekwivalenti, fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2008) fil-Project Management jew fix-Xjenzi Agrikoli jew fil-Bioloġija jew fil-Ġeografija jew fl-Affarijiet Ewropej, flimkien ma' tliet (3) snin esperjenza ta' xogħol relevanti li sena (1) minnhom trid tkun f'pożizzjoni ta' tmexxija komparbbli mal-Livell ta' Skala 8 jew ogħla fis-Servizz Pubbliku.  jew

  3. Persuni li jokkupaw il-pożizzjoni partikolari fuq bażi personali u il-ħatra tagħhom f'din il-pożizzjoni ġiet ikkonfermata

       iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

5.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilta’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.  

5.3 Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krettu meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilta’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.    

5.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

5.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

5.6  L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

 Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali

Contact Persons :

 Michelle Tabone

Address :

 Corporate Services Directorate, ir-Razzett tal-Gvern, Triq l-Ingiered, Għammieri, Marsa MRS 3303

Telephone :

 2292 4512

Email address :

humanresources.mafa@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.