Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Systems Administrator

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MFIN 5/2024


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Teknoloġija tal-Informatika
    Data ppubblikata: 21/06/2024 11:00
    Data tal-għeluq: 05/07/2024 13:30
    Ministeru: Ministeru għall-Finanzi
    Dipartiment: Information Management Unit

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Finanzi jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Systems Administrator fl-Information Management Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Systems Administrator huwa ta’ Skala ta' Salarju 8, li fis-sena 2024 huwa ta’ €27,179.02 fis-sena, li jiżdied b’€486.83 fis-sena sa massimu ta’ €30,100.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Systems Administrator titla’ fi Skala ta' Salarju 7 (€28,855.98 x €531.17 - €32,043) wara tlett (3) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti u jekk tkun lestiet kors speċifiku ta' ICT Toolkit relatat ma' dan il-grad kif stabbilit minn żmien għal żmien mill-Amministrazzjoni Ċentrali b’mod sodisfaċenti.

2.4 Persuna fil-grad ta' Systems Administrator tkun intitolata wkoll għall-bonus marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta' 10% tas-salarju bażiku tagħha. L-ammont pagabbli jiġi ddeterminat miċ-Chief Information Officer wara li tiġi kkunsidrata l-prestazzjoni tal-Uffiċjal u, fejn japplika, kwalunkwe rakkomandazzjoni li titressaq mis-superjur immedjat tal-Uffiċjal. Il-ħlas tal-bonus huwa suġġett ukoll għall-policies tal-Amministrazzjoni Ċentrali skont kif ikunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

a. Il-persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u suġġetta għall-kundizzjonijiet u l-obbligi li huma stipulati fil-Working Conditions for Officers Within the information and Communications Technology (ICT) Class.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Systems Administrator jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

i. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Ingliża;


ii. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (b'minimu ta' 180 ECTS/ECVETS jew ekwivalenti*) fil-Kompjuter u/jew ICT jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli f'Livell 6 tal-MQF fil-Kompjuter u/jew ICT, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT.

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 180 ECTS/ECVETS kretti, hekk kif applikabbli hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.

JEW

iii. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (b'minimu ta' 60 ECTS/ECVETS jew ekwivalenti*) fil-Kompjuter u/jew ICT jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli f'Livell 5 tal-MQF fil-Kompjuter u/jew ICT, flimkien ma' tliet (3) snin esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT.

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 60 ECTS/ECVETS kretti, hekk kif applikabbli hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.

JEW

iv. Uffiċjali pubbliċi mhux inqas minn Skala ta' Salarju 11 flimkien ma' sitt (6) snin esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunkwe rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (ii) jew 4.1 (iii) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2024. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).


Ministeru:


 

Ministeru għall-Finanzi


Persuna Responsabbli:

 

Sa Analise Bonello


Indirizz:


 

Cavalier House, 158, Triq Zekka, il-Belt Valletta


Telefon:


 

25998431


Indirizz Elettroniku:




  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.