Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Counsellor

     Nru. ta' Referenza Cirkulari Nru. HR/MFT/07/2025


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Oħrajn
    Data ppubblikata: 04/04/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 21/04/2025 17:15
    Ministeru: Ministry for Foreign Affairs and Tourism

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A-Senior Counsellor 
1. Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Counsellor mingħand Uffiċjali Pubbliċi għall-postijiet ta’ Senior Counsellor fis-Servizz Diplomatiku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu. Tali uffiċjali li huma sekondati/mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw ukoll.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).

2.2 Is-salarju għall-post ta’ Senior Counsellor huwa ta’ Skala ta' Salarju 4, li fis-sena 2025 huwa ta’ €41,530 fis-sena.

2.3 Senior Counsellors fis-Servizz Diplomatiku huma direttament responsabbli għas-senior management tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, kif ukoll tal-Missions barra minn Malta u huwa mistenni minnhom li jassumu pożizzjonijiet ta’ Direttur Ġenerali, ta’ Direttur u Kap ta’ Mission fejn ikun meħtieġ. 

2.4 Il-persuni maħtura jkunu ntitolati wkoll għall-ħlas ta' allowance tal-klassi ta' €3,800, suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

2.5 L-uffiċjali li jservu barra minn Malta ser jirċievu l-benefiċċji u l-allowances kif spjegati fil-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas'.

2.6 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 
​​
2.6 (a) Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn). 

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Counsellor jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti:

i. iridu jkunu Uffiċjali Pubbliċi fil-grad ta’ First Counsellor (Skala ta’ Salarju 5) b’ħames (5) snin esperjenza fi Skala ta’ Salarju 5;

U

ii. iridu jkunu servew f'posting ta' mhux anqas minn tliet (3) snin flimkien ma' numru ta' snin fit-tieni posting f'Missions barra l-pajjiż u/jew Istituzzjoni/ijiet Internazzjonali oħra rikonoxxuta/i kif determinat mis-Segretarju Permanenti.

Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali Pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad u li għandhom grad preċedenti sostantiv fil-Klassi tad-Diplomazija jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Ministry / Department :

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu

Contact Persons :

Ms Ann Marie Mifsud

Address :

331, Allied House, Triq San Pawl, Valletta

Telephone :

(+356) 2204 3030

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.