Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Deputat Kummissarju

     Nru. ta' Referenza Cirkulari HR/Pol/ Nru. 1/2021


    Departmental  

    Indefinita  

    Bl-Uniformi u Sigurtà
    Data ppubblikata: 22/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 12/02/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A 
Ara d-dokument Annex B 
1. Il-Kummissarju tal-Pulizija, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Deputat Kummissarju fil-Korp tal-Pulizija fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).

2.2 Is-salarju ta’ Deputat Kummissarju huwa ta’ Skala ta' Salarju 3, li fis-sena 2021 huwa ta’  €40,183 fis-sena.

2.3 L-aċċettazzjoni ta' ħatra f'dan il-grad tfisser li kwalunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta' l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' Deputat Kummissarju fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fil-grad ta' Assistent Kummissarju fil-Korp tal-Pulizija.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.2 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.4 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

Dipartiment tal-Pulizija

Contact Persons :

Kummissarju tal-Pulizija, Attn: Uffiċċju tar-Riżorsi Umani

Address :

Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Pjazza San Kalċidonju, Furjana FRN 1530 

Telephone :

21224001

Email address :

hr.police@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.