Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1.1 Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Systems Administrator fl-Information Management Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.
2.2 Is-salarju ta’ Senior Systems Administrator huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fis-sena 2022 huwa ta’ €26,438 fis-sena, li jiżdied b’ €531.17 fis-sena sa massimu ta’ €29,625.
2.3 Persuna fil-grad ta’ Senior Systems Administrator titla’ fi Skala 6, li fis-sena 2022 hija ta' €28,132 x €596.33 - €31,710 wara tlett (3) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti u suġġett għat-tkomplija ta' Toolkit Course speċifiku għal ICT relatat ma' dawn il gradi kif stabbilit minn żmien għal żmien mill-Amministrazzjoni Ċentrali (jiġifieri mingħajr il-ħtieġa li jitlesta il-Public Service Toolkit).
2.4 Persuna fil-grad ta’ Senior Systems Administrator, tkun intitolata għall-bonus marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta' 15% tas-salarju bażiku fis-sena. L-ammont pagabbli jiġi ddeterminat miċ-Chief Information Officer wara li tiġi kkunsidrata l-prestazzjoni tal-Uffiċjal u, fejn japplika, kwalunkwe rakkomandazzjoni li titressaq mis-superjur immedjat tal-Uffiċjal. Il-ħlas tal-bonus huwa suġġett ukoll għall-policies tal-Amministrazzjoni Ċentrali skont kif ikunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
a. Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji oħra suġġetti għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
2.5 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.
2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwalunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Systems Administrator jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża;
U
iii. għandhom kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 ECTS/ECVETS kretti, jew ekwivalenti*), fil-Computing u/jew ICT, jew kwalifika rikonoxxuta professjonali u komparabbli, flimkien ma' sentejn (2) esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT.
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 180 ECTS/ECVETS kretti, hekk kif applikabli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MFHEA li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.
iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
4.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.
(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni.
(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.5 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-Ministeru li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.7 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-Ministeru minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
4.8 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MFHEA, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministeru : |
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol |
Persuna ta' Kuntatt : |
Sa Analise Saliba |
Indirizz : |
158, Cavalier House, Triq Zekka, Il-Belt Valletta. |
Telefown : |
25998431 |
Indirizz Elettroniku : |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.