Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Manager (Procurement)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MHSE 02/2020


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 21/02/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 06/03/2020 12:00
    Ministeru: Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Manager (Procurement) fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Senior Manager (Procurement)  huwa ta’ Skala ta' Salarju 5, li fis-sena 2020 huwa ta’ €28,326 fis-sena, li jiżdied b’€640.67 fis-sena sa massimu ta’ €32,170.

2.4 Il-kandidati magħżula jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

2.5 Ġaladarba jiġi appuntat għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-kandidat maħtur jiġi rikjest biex jirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni oħra li attwalment il-proċess tagħha fi ħdan is-Servizz Pubbliku jkun għadu għaddej u li dakinhar tad-data tal-ħatra jkun għadu pendenti, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjoniet tas-SAAC (li tinkludi l-Assistenti Diretturi).

2.6 Applikazzjonijiet laterali minn Uffiċjali Pubbliċi, li diġà għandhom ħatra fl-istess grad imsemmi f’din is-sejħa, huma aċċettati biss bil-kundizzjoni li l-ispeċjalizzazzjoni marbuta ma’ din il-vakanza hija differenti minn dik relatata mal-ħatra kurrenti tal-applikanti u liema vakanza tirrikjedi kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit tal-eliġibbiltà, li l-applikant huwa mistenni li jissodisfa.
  1. Il-kandidati magħżula jridu jservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjonijiet tas-SAAC (li tinkludi wkoll l-Assistenti Diretturi)
2.7 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra.  Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam tal-Procurement, suġġett għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti u l-eżiġenzi  tal-management.

2.8 Ir-riżultat jibqa’ validu għall-perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Senior Manager (Procurement) jinkludu li:

  1. Tmexxi u tikkordina l-proċess sħiħ tax-xiri (preparazzjoni u ħruġ ta' offerti, evalwazzjoni tal-offerti, għoti tal-offerti, xiri, twassil, ħażna u fornitura) ta' provisti, servizzi u xogħlijiet, skont ir-Regolamenti speċifiċi tal-Gvern u dawk settorali u mal-baġit;
  2. Tmexxi t-tqassim, il-ħażna u l-fornitura tat-tali stokk;
  3. tikkordina ma' uffiċjali għolja fi ħdan il-Contracting Authority biex tidentifika l-ħtiġiet u tibda l-proċess tas-sejħa tal-offerti kif meħtieġ;
  4. Timmaniġġja l-proċess tas-sejħa tal-offerti bi trasparenza u effiċjenza;
  5. Tiżviluppa policies u proċeduri tax-xiri li jirrendu l-proċess tax-xiri aktar trasparenti u effiċjenti;
  6. Tanalizza u timplimenta policies u proċeduri dwar procurement;
  7. Tipprovdi pariri lill-ħaddiema dwar dawn il-policies u proċeduri;
  8. Tippjana u torganizza attivitajiet tat-tim ta' sapport u tevalwa l-ħidma u l-iżvilupp tal-impjegati;
  9. Tikkordina b'mod effettiv mal-operaturi Ekonomiċi sabiex ix-xiri u t-tqassim ta' provvisti, servizzi u xogħlijiet isir fil-ħin;
  10. Tikkollabora flimkien ma' membri oħra tal-maniġment sabiex b'impenn u sapport tikseb u żomm ċertifikazzjoni internazzjonali u rikonoxxut tal-istandards;
  11. Tipprovdi pariri lid-Direttur jew lir-rappreżentant tiegħu dwar kwistjonijiet operattivi u nuqqasijiet fil-proċedura;
  12. Taġixxi ta' katalista sabiex jiġu introdotti diversi bidliet relatati mar-Regolamenti l-ġodda tal-Public Procurement;
  13. Tikkordina u tinnegozja mal-impjegati internament (ħafna drabi dawk f'livell l-aktar anzjan) kif ukoll mal-imsieħba barranin;
  14. Tmexxi impjegati professjonali, tekniċi u amministrattivi;
  15. Tkun inkarigata mir-reklutaġġ, l-għażla, l-evalwazzjoni u l-iżvilupp tal-impjegati;
  16. Tkun inkarigata mit-tmexxija ta' kuljum tal-Contracting Authorityunit speċifika jew żona ta' servizzi;
  17. Timplimenta policies u dirittevi ġodda;
  18. Tiġbor u tabalizza data u tużaha sabiex tippjana u tmexxi kemm proġetti kif ukoll sistemi;
  19. Taħdem b'mira biex tassigura kwalita' u valur għall-flus għal-Contracting Authority;
  20. Toħroġ data għall-assigurazzjoni tal-kwalita' u l-għanijiet ta' monitoraġġ;
  21. Flimkien mal-maniġment tfassal baġit u żżomm il-finanzi skont il-baġit allokat;
  22. Tippjana u timplimenta bidliet starteġiċi għat-titjib fil-kwalita' tas-servizz;
  23. Tattendi laqgħat, tikteb rapporti, u ttella' preżentazzjonijiet għal udjenzi differenti;
  24. Iżżomm kontroll xieraq u rekords għal verifika u statistika;
  25. Tkun fuq kumitati u tirrapreżenta l-opinjoni tal-Contracting Authority;
  26. Tamministra servizzi tal-komunikazzjoni u korporattivi;
  27. Tmexxi proċess tax-xiri għas-servizzi kuntrattwali u service level agreements;
  28. Tuża data  sabiex timmaniġja informazzjoni u data finanzjarja, tanalizza u tkejjel ħidma;
  29. Tissaportja Information and Communication Technology (ICT) u tippjana l-fornitura u l-iżviluppi ġodda, xi drabi għal proġetti kbar;
  30. Tmexxi b'mod effiċjenti u effettiv l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet mogħtija minn min iħaddem skont ir-regolamenti tal-Procurement nazzjonali u tal-UE applikabbli;
  31. Tikkomunika ma' ministeri oħra u l-imsieħba orizzontali, b'mod partikolari l-Planning and Priorities Co-ordination Division, Certifying Authority, Auditing Authority, it-Teżor kif ukoll imsieħba oħra rilevanti bħal Contracting Authorities fi ħdan il-Gvern bil-għan li jiżviluppaw għarfien ċar u twettiq ta' proċeduri u l-proċessi ta' procurement;
  32. Tikkordina l-materjal rilevanti mal-untis / sezzjonijiet varji kemm fi ħdan id-Dipartiment, kif ukoll dawk minn barra;
  33. Tikkordina kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Direttivi tal-Procurement  Pubbliku tal-UE;
  34. Bħala parti mill-Maniġment tipprovdi direzzjoni u gwida lill-Procurement Managers u membri oħra tal-istaff;
  35. Taċċerta li l-cash flow ikun konformi mal-vot tal-baġit allokat u tipprovdi informazzjoni lill-Ministeru tal-Finanzi u Awtoritajiet Ċentrali oħra;
  36. Iżżomm rendikont tal-ħlasijiet dovuti b'konformita' mal-Late Payment Directive;
  37. Tassigura li l-fornitur qed jagħti lill-entita' tal-Gvern valur għall-flus imħallsa flimkien mal-provvista tal-prodotti jew servizzi;
  38. Tkun responsabbli mit-tmexxija tal-post-contract biex tiżgura li l-fornitur ikun qed jonora t-termini tal-kuntratt u qed jagħti valur għall-flus. Tassigura li l-miri pre-contract jintlaħqu u huma konformi mar-regolamenti tal-Procurement u dawk Finanzjarji;
  39. Twettaq dmirijiet oħra kif ikun mitlub minn żmien għal żmmien mid-Direttur jew rappreżentant tiegħu;
  40. Twettaq dmirijiet skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu: 

Uffiċjali Pubbliċi, jew ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew ħaddiema tal-RSSL, li huma kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom. Ufficjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw.

U
  1. ikollhom kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, rigward korsijiet li bdew minn Ottubru 2008), fil-Procurement jew Finanzi jew Business, jew kwalifika professjonali komparabbli.
U
  1. ikollhom ħames (5) snin esperjenza maniġerjali rilevanti fi Skala 7 jew komparabbli.  Esperjenza oħra maniġerjali li l-impjegat jista’ jkollu tista’ tiġi kkunsidrata mill-Amministrazzjoni, liema esperjenza għandha tkun ippruvata b’evidenza rilevanti. 

4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbiltà, basta jkunu fis-suġġetti mitluba.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija kif indikat fil-paragrafu 4.1 (a) formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.3 Biex jiġi ddeterminat u kkumparat il-livell ta’ responsabbiltà tal-impjegati tas-Settur Pubbliku li bħalissa qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku u tal-ħaddiema tal-RSSL mal-livell ta’ responsabbiltà meħtieġ minn uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni, il-Bord tal-Għażla għandu dejjem u formalment jikkonsulta mad-Direttur/HR Manager responsabbli tal-entità rispettiva tas-Settur Pubbliku.

L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entità rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entità, f’każ li ħaddiema tas-Settur Pubbliku jintgħażlu għall-pożizzjoni. Ħaddiema li jiġu magħżula għal din il-pożizzjoni jkollhom l-impjieg tagħhom mal-RSSL awtomatikament terminat wara li jtemmu b’suċċess il-perjodu ta’ prova. 

4.4 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.5 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).
Ministry / Department :
Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi
Contact Person :
Stephanie Farrugia
Address :
201, Triq id-Dejqa, Valletta
Telephone :
25689203
Email address :

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.