Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Manager I (Research)

     Nru. ta' Referenza MFIN/HR Ċirkulari Nru. 2/2020


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 15/05/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 29/05/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex 
1. Is-Segretarju Permanenti (Integrazzjoni u Amministrazzjoni), Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager I (Research)  fil-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji. 

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar .

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra. 

2.3 Is-salarju ta’ Manager I (Research) huwa ta’ Skala ta’ Salarju 10, li fis-sena 2020 huwa ta’ €20,603 fis-se na, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,049.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Manager titla’ fi Skala ta’ Salarju 9 (€21,933 x €447.33 - €24,617) fl-2020 wara sentejn (2) servizz fil-grad fi Skala ta’ Salarju 10, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Persuna fil-grad ta’ Manager I tkompli titla' għal Skala ta’ Salarju 8 (€23,358 x €486.83 - €26,279) fl-2020 wara ħames (5) snin servizz sodisfaċenti fil-grad fi Skala ta’ Salarju 9.

2.6 Persuna fil-grad ta’ Manager I tkompli titla' aktar għal Skala ta’ Salarju 7 (€24,894 x €531.17 - €28,081) fl-2020 wara tliet (3) snin servizz sodisfaċenti fil-grad fi Skala ta’ Salarju 8.

2.7 Il-kandidati magħżula jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 10% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

2.8 Ġaladarba jiġi appuntat għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-kandidat maħtur jiġi rikjest biex jirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni oħra li attwalment il-proċess tagħha fi ħdan is-Servizz Pubbliku jkun għadu għaddej u li dakinhar tad-data tal-ħatra jkun għadu pendenti, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjonijiet tas-SAAC (li tinkludi wkoll l-Assistenti Diretturi).

2.9 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad/pożizzjoni li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatat bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

  1. L-applikanti fil-flussi Maniġerjali/ta’ Uffiċjal/Prattikanti jridu jkunu servew fil-ħatra attwali tagħhom, u jekk maħtura għandhom iservu f’din il-kariga, għal minimu ta’ sentejn (2) qabel ma japplikaw lateralment. Dan mhuwiex applikabbli għal skopijiet ta’ promozzjoni, soġġett għall-kriterji ta’ eliġibbiltà pertinenti.

  2. L-uffiċjali l-oħra kollha għandhom jiġu kkonfermati fil-ħatra, u jekk jinħatru għandhom iservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn (2), qabel ma japplikaw lateralment. Din il-kundizzjoni tal-aħħar mhijiex applikabbli għal finijiet ta’ promozzjoni.

2.10 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam ta’ Research , suġġett għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti u l-eżiġenzi tal-management.

2.11 Ir-riżultat jibqa’ validu għal perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' Manager I (Research) fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u l-għeluq tad-data ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:

Uffiċjali Pubbliċi jew Ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Ħaddiema tal-RSSL, li huma  kkonfermati fil-ħatra preżenti tagħhom. Uffiċjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw;

U
  1. ikollhom kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, rigward programmi li bdew minn Ottubru 2003) fl-Istatistika jew Ekonomija jew European Studies jew Soċjoloġija jew Liġi jew Public Policy jew kwalifika professjonali komparabbli. 

4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbiltà, basta jkunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Masters f’Livell 7 ta’ MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVETS fir-rigward ta’ korsijiet li bdew minn Ottubru 2008. 

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li għadhom ma kisbux formalment il-kwalifika kif indikat fil-paragrafu 4.1 (iii) xorta jiġu kkunsidrati, sakemm jissottomettu evidenza li ġabu l-kwalifika msemmija fil-paragrafu 4.1 iii), jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (a) sa (c) jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jkunu ġabu jew ġew approvati għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2020.  Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati għandhom jipproduċu l-kwalifika indikata qabel il-ħatra.  Jekk l-iskadenza ma tintlaħaqx, il-kandidati magħżula jiġu skwalifikati mir-riżultat. 

4.4. Biex jiġi ddeterminat u kkumparat il-livell ta’ responsabbiltà tal-impjegati tas-Settur Pubbliku li bħalissa qed jaqdu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku u impjegati tal-RSSL mal-livell ta’ responsabbiltà meħtieġ minn uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni, il-Bord tal-Għażla għandu dejjem u formalment jikkonsulta mad-Direttur/HR Manager responsabbli tal-entità rispettiva tas-Settur Pubbliku.

L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entità rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entità, f’każ li ħaddiema tas-Settur Pubbliku jintgħażlu għall-post. Ħaddiema tal-RSSL li jiġu magħżula għal dan il-post ikollhom l-impjieg tagħhom mal-RSSL awtomatikament  terminat wara li jtemmu b’suċċess il-perjodu ta’ prova.

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).
Ministeru / Dipartiment :
Sezzjoni ta’ Reklutaġġ
Persuna Responsabbli’ :
Sa Elaine Psaila
Indirizz :
158, Cavallier House, Triq Zekka, Il-Belt Valletta.
Telefown :
25998431
Email address :


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.