Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Junior Legal Officer

     Nru. ta' Referenza Government Gazette dated 22/05/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Qrati u Legali
    Data ppubblikata: 22/05/2020 14:00
    Data tal-għeluq: 05/06/2020 19:00
    Ministeru: Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - Junior Legal Officer (MT & EN) 
1. Id-Direttur Ġenerali, f'isem is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Junior Legal Officer fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar.

2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Junior Legal Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 9 (li fis-sena 2020 huwa ta’ €21,933 fis-sena, li jiżdied b’€447.33 fis-sena sa massimu ta’ €24,617).

2.3 Persuna fil-grad ta’ Junior Legal Officer tiġi promossa għall-grad ta’ Legal Officer fi Skala 8 (€23,358 x €486.83 - €26,279) wara sentejn (2) servizz fil-grad ta’ Junior Legal Officer, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti, u sakemm ikollha mill-anqas tliet (3) snin ta’ prattika legali ppruvata wara li tkun kisbet il-warrant ta’ Avukat.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Legal Officer fi Skala 8 titla’ fi Skala 7 (€24,894 x €531.17 - €28,081) wara sitt (6) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Il-persuna nnominata tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Unions kompetenti.

2.6 Il-persuna maħtura għandha tiżgura li qed topera skont il-Kodiċi tal-Etika u ta’ Sezzjoni 6.2.3 tal-PSMC, u li ma twettaq l-ebda tip ta’ xogħol barra mill-impieg tagħha mal-Gvern li jista’ jmur kontra l-interessi tal-Gvern u/jew li jista’ jwassal għal kunflitt ta’ interess jew tfixkil fil-qadi tad-dmirijiet uffiċjali tagħha mal-Gvern. Xogħol privat għandu dejjem ikun bil-permess tas-Segetarju Permanenti.

2.7 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal dan il-post ta' Junior Legal Officer fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża;

  2. fil-pussess tal-warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta’ Avukat f’Malta. 

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.  

Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Ministry / Department :
Ministry for the Environment , Climate Change and Planning
Contact Person :
Ms Olivia Rossitto
Manager II, People Management
Address :
MECP Offices, 6, Triq Hal Qormi, Santa Venera
Telephone :
22926264
Email address :
humanresources.mecp@gov.mt

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.