Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Technical Officer (Plant u Machinery)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 22/05/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 22/05/2020 14:00
    Data tal-għeluq: 05/06/2020 19:00
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - Senior Technical Officer (Plant and Machinery) 
Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Technical Officer (Plant u Machinery) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

Is-salarju ta’ Senior Technical Officer (Plant u Machinery) huwa ta’ Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2020 huwa ta’ €19,350 fis-sena, li jiżdied b’ €375.17 fis-sena sa massimu ta’ €21,601.

Persuna fil-grad ta’ Senior Technical Officer titla’ fi Skala ta' Salarju 10 (€20,603 x €407.67 - €23,049) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti. 

Il-persuna nominata tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra u soġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra skond kif ikun jista’ jkun stipulat fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Unjoni kompetenti.

Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad/pożizzjoni li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatat bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

Dmirijiet

Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' Senior Technical Officer (Plant u Machinery) fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

    1. ċittadini ta’ Malta; jew

    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew

    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew

    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew

    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża;

    1. qedgħin fil-grad ta' Technical Officer u li l-ħatra tagħhom f'dan il-grad ġiet ikkonfermata; jew

    2. għandhom kwalifika rikonoxxuta f'Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003) f'qasam tekniku relevanti; jew

    3. ikollhom kwalifika rikonoxxuta (sentejn (2) full-time jew ekwivalenti) f'Livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 120 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003), f'qasam tekniku relevanti, flimkien ma' sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

Il-Higher Technician Diploma hija meqjusa bħala kwalifika f'Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 krediti ECTS/ECVET, jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003 'l quddiem). Persuna li jkollha kwalifika rikonoxxuta f'Livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 120 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003 'l quddiem), segwita b'sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata, titqies bħala li tissodisfa l-klawsola 'Higher Technician Diploma' jew kwalifika xierqa u ekwivalenti li tinsab f'paragrafu 4.1 (iii) (b).

Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’ applikazzjonijiet.

L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

Kwalifiki li huma ta' livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta' eliġibbilita', basta jkun fis-suġġetti mitluba. Barra min hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Ministry / Department :
HR Branch, Finance & Administration Directorate, Office of the Prime Minister
Contact Persons :
Maryanne Xuereb, Romina Brincat, Eloise Magro
Address :
Auberge de Castille, St Paul’s Street, Valletta
Telephone :
22001010, 22001016, 22001011
Email address :


  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.