Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    General Practitioner Trainee to General Practitioner

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MFH 2/2023


    Public Service Employees – Rolling Call  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 03/04/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 30/06/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument Promotion GPT to GP - Eng 
Ara d-dokument Promozzjoni GPT għal GP - Mlt 
Bħal dak Mehmuż.

Dmirijiet

Bħal dawk Mehmuża.

Eliġibbiltà

4.1. Kandidati li jissottomettu l-interess tagħhom biex jiġu intervistati jkollhom bżonn li:
(i) jkunu mniżżla fil-lista tar-Reġistru tal-Ispeċjalisti tal-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew

(ii) jkunu approvati għall-inklużjoni fir-Reġistru tal-Ispeċjalisti tal-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew

(iii) (a) ikunu fil-pussess ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tat-Taħriġ (CCT) maħruġ mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti għall-Mediċina tal-Familja, li turi li l-applikant lesta tali taħriġ speċjalizzat hekk kif jista’ ikun ippreskrivat għall-ispeċjalita` rilevanti; jew

(b) ikun fil-pussess ta’ kwalifika ta’ speċjalist ekwivalenti għas-CCT għall-Mediċina tal-Familja, li kienet ħarġet mill-awtorita` kompetenti fi Stat Membru ieħor tal-UE, hekk kif imniżżel f’Parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att ta’ Malta tal-Professsjoni tal-Kura tas-Saħħa; jew

(c) ikunu fil-pussess ta’ kwalunkwe kwalifika oħra ta’ speċjalist dment li din trid tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti, li tgħid li l-kwalifiċi/ esperjenza huma suffiċjenti li tabib ikun irreġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta bħala speċjalist fil-Mediċina tal-Familja.

4.2. Kandidati li jtemmu b’suċċess, eliġibbli taħt paragrafu 4.1. (iii) (b) u 4.1 (iii) (c) hawn fuq għandhom ikunu mniżżla fir-Reġistru ta’ Speċjalist għall-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta qabel il-ħatra.

4.3. Kandidati li japplikaw fit-termini ta’ paragrafu 4.1(iii) (b) u paragrafu 4.1(iii) (c) hawn fuq iridu jottjenu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti li tikkonferma li l-kwalifika tagħhom tista’ tkun ikkunsidrata bħala ekwivalenti għaċ- Ċertifikat ta’ Tlestija tat-Taħriġ (CCT) ta’ Malta.

4.4. Kandidati li japplikaw skont it-termini ta’ paragrafu 4.1 (iii) (b) jew paragrafu 4.1(iii) (c) u li huma meħtieġa li jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kumitat tal-Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti hekk kif speċifikat hemm, għandhom jinkludi kopja ta’ dik id-dikjarazzjoni mal-applikazzjoni tagħhom u jippreżentaw l-oriġinali waqt l-intervista. Kandidati mhux fil-pussess tad-dikjarazzjoni meħtieġa, xorta jistgħu japplikaw, dment li jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni hekk kif tkun disponibbli, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw din id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet mhux fil-kontroll tagħhom, jistgħu jitolbu għal estensjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien b’xahar ieħor lill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien. Talbiet għal estensjonijiet itwal minn dan il-perjodu, għandhom jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Ministry / Department : Ministry for Health
Contact Persons : Maureen Mahoney
Director General (People Management)
Address : Palazzo Castellania, 15 Merchants Street, Valletta VLT 1171
Telephone : +356 22992604
Email address : recruitment.health@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.