Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Assistant Technical Officer

     Nru. ta' Referenza Cirkulari Nru HR/MHSE 05/2020


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 22/05/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 05/06/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A - Job Description - Assistant Technical Officer 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Assistant Technical Officer fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.



2.1. Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2. Is-salarju ta’ Assistant Technical Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 13 li fis-sena 2020 huwa ta’ €16,985 fis-sena, li jiżdied b’€335.50 fis-sena sa massimu ta’ €18,998.

2.3. Il-persuna nominata tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra u soġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra skont kif ikun jista’ jkun stipulat fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Unjoni kompetenti.

2.4. Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.


Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal dan il-post ta' Assistant Technical Officer fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku li japplikaw għandhom ikunu konfermati fil-ħatra tagħhom kurrenti u li huma:

a. Kkonfermati fil-grad ta’ Senior Technician/Senior Tradesman;

JEW

b. Kkonfermati fil-grad ta’ Technician/Tradesman fi Skala ta’ Salarju 15 u li jkollhom fil-pussess tagħhom tal-anqas Higher Technician Diploma (HTD) f’Livell 5 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 krettu ECTS-ECVETS, jew ekwivalenti) f’qasam tekniku relatat jew kwalifika komparabbli f’Livell 5 tal-MQF.

Il-Higher Technician Diploma hija meqjusa bħala kwalifika f’Livell 5 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti).  Persuna li jkollha kwalifika rikonoxxuta f’Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 120 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti), segwita b’sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata, titqies bħala li tissodisfa l-klawsola ‘Higher Technician Diploma’ jew kwalifika xierqa, professjonali, u komparabbli, li tinsab f’paragrafu 4.1(b).

4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba. 

4.4. Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.  

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Ministeru:
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi
Kuntatt:
Stephanie Farrugia
Indirizz:
201, Triq id-Dejqa, Valletta
Telefon:
25689000
Indirizz tal-Email:

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.