Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Annex A - Second Secretary |
Ara d-dokument | Annex B - Second Secretary |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur ghas-Servizzi Korporattivi ,Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Second Secretary fil-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin u Ewropej.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12) - il xahar .
2.2 Is-salarju ta’ Second Secretary huwa ta’ Skala ta' Salarju 10 , li fis-sena 2020 huwa ta’ €20,603 fis-sena, li jiżdied b’€ 407.67fis-sena sa massimu ta’ €23,049 .
2.3 Persuna fil-grad ta’ Second Secretary titla’ fi Skala ta’ Salarju 9 (€21.933 x €447.33 - €24.617) wara sentejn (2) servizz sodisfaċenti fil-grad.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Second Secretary tiġi promossa għall-grad ta’ First Secretary fi Skala 8 (€23,358 x €486.83 - €26,279) wara ħames (5) snin servizz fil-grad ta’ Second Secretary jew sentejn (2) jekk ikollha xi kwalifika ta’ wara l-gradwazzjoni xierqa u rikonoxxuta (f`livell MQF7), dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti . Persuna fil-grad ta` First Secretary fi Skala ta ` Salarju 8, tigi promossa ghall - skala 7 (€24, 894 x €531.17 - €28,081) wara sentejn (2) servizz sodisfaċenti fil-grad.
2.5 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.
2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad/pożizzjoni tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
2.7 Is-Servizz Diplomatiku joffri karriera interessanti u varjata li teħtieġ kwalitajiet speċjali. Joffri wkoll possibiltajiet ta` safar u tagħlim mhux normalment assoċjati ma` opprotunitajiet oħra fis-Servizz Pubbliku ta` Malta. Dawk maħtura jkunu qed jirrappreżentaw l-interessi ta` Malta fir-relazzjonijiet tagħha ma pajjiżi oħra.
2.8 Is-Servizz Diplomatiku jifforma karriera separata u distinta fis-Servizz Pubbliku ta` Malta. Kundizzjoni ewlenija f`dan is-Servizz hija li jeżisti l-obbligu ta` servizz fil-Ministeru għall- Affarijiet Barranin u Ewropej f` Malta jew barra minn Malta, kif u meta jkun meħtieġ u skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.
2.9 Matul iż-żmien ta prova, il-kandidati magħżula jkollhom jattendu korsijiet f`Malta u barra, u jagħmlu taħrig f`istituzzjonijiet ta` tagħlim u fl-Ambaxxati ta` Malta skont kif ikun meħtieġ mill-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Il-kandidati magħżula li jsiefru biex jagħmlu korsijiet jintrabtu bil-kundizzjonijiet rilevanti skont il-Manual on Staff Development in the Public Administration.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Second Secretary jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
- ikollhom Baċellerat f Livell 6 tal-MQF ( suġġett għal minimu ta 180 kreditu ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) f`Diplomatic Studies jew International Relations jew Mediterranean Studies jew European Studies jew Political Science.
* Fin-nuqqas ta` evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema ohra ta` kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-ghazla ghandu jevalwa l- programm ta` studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma` 180 ECTS/ECVET kretti. Jista` jintalab il-parir tal-MQRIC
iii. ikollhom certifikat ta` O`level /SEC , jew ekwivalenti, fil-grad ta C jew aktar f` ta` l-anqas waħda mill-lingwi , barra dawk tal- Malti u l-Ingliż
iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.Kwalifika ta` Masters f`livell MQF 7, jew ekwivalenti , jrid ikollha ta` l-anqas 60 ECTS/ECVET kretti jew ekwivalenti*
* Fin-nuqqas ta` evidenza dokumentarja jew l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta` kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta` studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma` 60 ECTS/ECVET kretti. Jista jintalab il-parir tal-MQRIC.
4.3 Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
4.4 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.5 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).
4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej |
Contact Persons : | Marylene Borg |
Address : | 331, Allied house, Triq San Pawl, Valletta |
Telephone : | 2204 2323 |
Email address : | recruitment.mfea@gov.mt |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.