Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Konsulent Medikali Ġenetiċista

     Nru. ta' Referenza Government Gazette dated 07/08/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Locum  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 07/08/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 04/09/2020 13:30
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa
    Dipartiment: Sptar Mater Dei

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Job Description 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Konsulent Medikali Ġenetiċista fuq bażi Locum fid-Dipartiment tal-Patoloġija, fl-Isptar Mater Dei, fil-Ministeru għas-Saħħa.

3. Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Konsulent Medikali Ġenetiċista fuq bażi locum huwa  ekwivalenti għal Skala ta’ Salarju 4 li fis-sena 2020 huwa € 36,014.   

Dmirijiet

4.   Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta' Konsulent Medikali Genetiċista fuq bażi locum fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma’ dan il-pożizzjoni jistgħu jinkisbu mid-Direttorat tar-Resourcing and Employee Relations, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq recruitment.health@gov.mt.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża; ​
Qed jiġi hawnhekk innutat li kandidati li mhumiex kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija jistgħu jibqgħu jiġu kkunsidrati sakemm il-kandidat magħżul jipprovdi evidenza ta' profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija fi żmien sena (1) mill-ingaġġ, billi jgħaddi b'suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 u Part 2 tal-Universita' ta' Malta.  Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 u Part 2 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Universita' ta' Malta.  Konsulenti li ma jkunux kisbu dan iċ-ċertifikat fiż-żmien ta' prova jingħataw estensjoni ta' darba biex jiksbu b'suċċess dan iċ-ċertifikat.  Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidat prospettiv magħżul.  Madankollu, tali spejjeż jistgħu jintalbu lura permezz tal-iskema Continuous Medical Education (CME).

5.2 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ukoll:

      i.    ikollhom isimhom imniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Ġenetika miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta; jew
      ii.   ikunu approvati li isimhom jitniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Ġenetika miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta; jew
    iii.  a.  ikollhom Ċertifikat ta' Tlestija ta' Taħriġ Speċjaliżżat (CCST) maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta għall-professjoni rilevanti, li juri li l-applikant lesta tali taħriġ speċjalizzat li jista' jintalab għal Ġenetika; jew
           b.  ikollhom kwalifika ta' speċjalist edwivalenti għas-CCST fil-Ġenetika, li tkun maħruġa mill-Awtorita' kompetenti ta' stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif indikat f'parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa ta' Malta; jew
          c.   ikollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta' speċjalist dment li ma' din tinhemeż dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta, li tiddikjara li l-kwalifiki/esperjenza huma suffiċjenti sabiex tabib ikun irreġistrat mal-Kunsill Mediku ta' Malta bħala Speċjalist fil-Ġenetika.

5.3  Persuna magħżula li tkun eliġibbli taħt paragrafu 5.2 (iii) (b) u paragrafu 5.2 (iii) (c) hawn fuq trid tkun imniżżla fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta u trid tkun ukoll irreġistrata bi sħiħ mal-Kunsill Mediku ta' Malta qabel il-ħatra.

5.4  Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' paragrafu 5.2 (iii) (b) jew paragrafu 5.2 (iii) (c) hawn fuq iridu jiksbu ittra ta' rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta li tikkonferma li l-kwalifiki tagħhom jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikat ta' Tlestija ta' Taħriġ Speċjaliżżat maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta. F'każ ta' diffikulta' għandu jintalab il-parir mal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta.  F'każ ta' diffikulta għandu jintalab il-parir tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta.

Sabiex tġi ffaċilitata r-referenza, is-sit elettroniku tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta jista' jiġi kkonsultat minn (https://deputyprimeminister.gov.mt/en/sph/Pages/Specialist-Accreditation-Committee.aspx).

5.5  Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' paragrafu 5.2 (iii) (b) jew paragrafu 5.2 (iii) (c), u li jkunu meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalist kif mitlub fil-paragrafu 5.4 għandhom jinkludu kopja ta' din id-dikjarazzjoni mal-applikazzjoni u jippreżentaw l-oriġinali waqt l-intervista.  Kandidati li mhumiex fil-pussess ta' din id-dikjarazzjoni xorta jistgħu japplikaw, basta jissottomettu kopja ta' din id-dikjarazzjoni hekk kif tkun għad-dispożizzjoni tagħhom u fi kwalunkwe cirkustanza mhux aktar tard mid-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.  Applikanti li ma jippreżentawx id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet lil hinn mil-kontroll tagħhom jistgħu jitolbu estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien b' xahar ieħor mill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b'mod ċar ir-raġunijiet tad-dewmien.  Talbiet għal estensjonijiet lil hinn minn dan il-perjodu għandhom jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

5.6  L-applikanti jridu jkunu ta' kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika għaliha (applikanti li diġa' qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta' malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita' oħra kompetenti mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

5.7 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.6 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.



Ministry / Department :
Ministry for Health
Contact Person :
Maureen Mahoney
Address :
Director General (People Management)
Ministry for Health,
Palazzo Castellania, 15, Merchants Street,
Valletta, VLT 1171. 
Telephone :
+356 22992604
Email address :

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.