Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Sejħa għal Serving Deputy Charge Midwives biex jiġu promossi għal grad ta' Charge Midwives

     Nru. ta' Referenza Cirkulari Nru. HR/MFH 03/2021


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 15/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 29/01/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Duties 
Ara d-dokument Portfolio 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għal Serving Deputy Charge Midwife biex jiġu promossi għall-grad ta’ Charge Midwife fil-Ministeru għas-Saħħa.

2.1. Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).

2.2 Jekk tirnexxi b’suċċess fil-portfolio bil-miktub, is-salarju ta’ Charge Midwife huwa ta’ Skala ta' Salarju 6, li fis-sena 2021 huwa €27,327 li jiżdied b’€596.33 fis-sena sa massimu ta’ €30,905 fis-sena.

2.3 Persuna fil-ħatra ta’ Charge Midwife tirċievi allowance ta' €500 fis-sena għal kwalunkwe dmirijiet addizzjonali li għandu x'jaqsam maż-żona klinika immedjata li tkun assenjata għaliha kif mitlub mill-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien. Din l-allowance titħallas f’żewġ pagamenti indaqs kull sena.

2.4 Persuna fil-ħatra ta’ Charge Midwife tibbenefika minn Performance Management Allowance annwali fissa ta’ €300 u allowance relatata mal-performance sa massimu ta’ €1,200 suġġetta għall-prestazzjoni sodisfaċenti.

2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra li jistgħu jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.


Dmirijiet

3.1 Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal dan il-post  ta’ Charge Midwife fl-Anness A li tinstab ma' din iċ-ċirkolari.

Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta mal-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171, li jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq recruitment.health@gov.mt.

3.2 Persuna maħtura tista’ tiġi rikjesta li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta’ Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku għandhom ikunu konfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom u li:

a) huma serving officers fil-grad ta’ Deputy Charge Midwife (Skala ta' Salarju 7);

U

b) jissottomettu portfolio professjonali miktub skond id-dokument mehmuż.

4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.2 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.


Ministry / Department :
Ministry for Health
Contact Person :
Maureen Mahoney
Address :
Director General (People Management)
Ministry for Health,
Palazzo Castellania, 15, Merchants Street,
Valletta, VLT 1171. 
Telephone :
+356 22992604
Email address :

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.