Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Midwife fuq bażi Full-time/Part-time

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 02/06/2023


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 02/06/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 19/06/2023 13:30
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument duties 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Midwife fuq bażi Full-Time /Part-Time fil-Ministeru għas-Saħħa.

2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1) jekk appuntant b’Degree fil-Midwifery (Skala 10) u għal perjodu ta’ sitt (6) xhur jekk appuntat b’Diploma fil-Midwifery (Skala 12).

2.2 Is-salarju ta’ Midwife bid-Diploma f’Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti) huwa ta’ Skala ta’ Salarju 12, li fis-sena 2023 huwa ta’ €20,270.04 fis-sena, li jiżdied b’€354 fis-sena sa massimu ta’ €22,394.04. Persuna fil-grad ta’ Midwife (bid-Diploma) titla’ minn Skala ta’ Salarju 12 għal Skala ta’ Salarju 10 (€23,029.57 x €407.67 - €25,475.59 fis-sena) wara t-tlestija ta’ tliet (3) snin servizz fil-grad jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti. Persuna fil-grad ta’ Midwife (bid-Diploma) titla’ minn Skala ta’ Salarju 10 għal Skala ta’ Salarju 9 (€24,494.79 x €447.33 - €27,178.77 fis-sena) mat-tlestija b’suċċess ta’ ħames (5) snin servizz sodisfaċenti fil-grad.

Midwives bid-Diploma li jiksbu Degree BSc. fil-Midwifery fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti), jew l-ekwivalenti kif iddeterminat mill-Amministrazzjoni, matul il-kors talimpjieg tagħhom, huma immedjatament imqiegħda fi Skala 10 u mbagħad jitilgħu għal Skala 9 wara sentejn (2) bid-Degree jew ħames (5) snin servizz fil-klassi, skond liema jiġi l-ewwel.

2.3 Is-salarju ta’ Midwife fil-pussess ta’ BSc (Midwifery) degree f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti) jew ekwivalenti hekk kif jiġi ddeterminat mid-Dipartiment tas-Saħħa, wara konsultazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel (Malta), huwa Skala ta’ Salarju 10, li fi-sena 2023 hu €23,029.57 fis-sena li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €25,475.59 fis-sena. Persuna fil-grad ta’ Midwife (bidDegree) titla’ minn Skala ta’ Salarju 10 għal Skala ta’ Salarju 9 (€24,494.79 x €447.33 - €27,178.77 fis-sena) wara sentejn (2) servizz bħala Midwife (bid-Degree) fi Skala 10, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4 Midwife li minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2.2 jew fil-paragrafu 2.3, għandha fil-pussess tagħha postgraduate Masters Degree xierqa fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS / ECVET krediti jew ekwivalenti) jew PhD fil-Livell 8 tal-MQF għandha titpoġġa immedjatament fi Skala ta’ Salarju 8 (€26,048.25 x € 486.83 - €28,969.23 fis-sena) bħala Midwife.

2.5. Qed jiġi nnutat li s-salarju marbut mal-post ta’ Midwife fuq bażi full-time/ part-time hu supplimentat b’allowances hekk kif speċifikat fil-ftehim settorali fis-seħħ iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Union ta’ Malta għall Qwiebel u Infermiera.

2.6 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.7 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC/ADAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita.

Dmirijiet

3.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Midwife jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma’ dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected].

3.2 Persuna maħtura tista’ tiġi rikjesta li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta’ Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

3.3 Il-kandidati magħżulin jistgħu jkunu meħtieġa jaħdmu fuq bażi ta' shift li jinkludi xogħol bil-lejl skont rosters stabbiliti fil-Ministeru għas-Saħħa. Midwives ingaġġati fuq bażi part-time ikunu meħtieġa li jaħdmu minimu ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa u allokati f’rosters u sezzjonijiet skont l-eżiġenzi tas-servizz.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

        ii. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u l-lingwa Ingliżi;

        iii. fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta f’Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti) jew ekwivalenti* fil-Midwifery jew kwalifika ekwivalenti, rikonoxxuta, kumparabbli U jkollhom ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) bħala Midwife U Warrant biex tipprattika bħala Midwife f’Malta;

JEW

iv. fil-pussess ta’ B.Sc. Midwifery Degree rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti*) jew kwalifika ekwivalenti, rikonoxxuta, kumparabbli U jkollhom ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) bħala Midwife U Warrant biex tipprattika bħala Midwife f’Malta.

* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60 / 180 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.

v.  Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
      
4.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat. 

(ii) Barra minn hekk, il-kandidati li għadhom ma kisbux formalment ir-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 4.1 (iii) jew 4.1 (iv) xorta se jiġu kkunsidrati, sakemm jissottomettu evidenza li jikkwalifikaw għal dawn ir-rekwiżiti sa l-aħħar ta' Mejju, 2024. Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati għandhom jipproduċu r-rekwiżiti indikati fil-paragrafu 4.1(iii) jew 4.1 (iv) qabel il-ħatra. Madankollu, kandidati magħżula li ma jipproduċux evidenza li laħqu dawn ir-rekwiżiti sa l-aħħar ta' Mejju, 2024 se jiġu skwalifikati.

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.5 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.7 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.8 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

Ministeru għas-Saħħa

Diviżjoni tal-People Management 

15, Palazzo Castellania, 

Triq Merkanti, 

Valletta VLT 1171

Contact Persons :

Maureen Mahoney 

Director General (People Management) 

Address :

People Management Division

Telephone :

+356 22992604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.