Ħtiġijiet għad-Dħul
Livell ta' Edukazzjoni
Professjonali
Livell ta' Degree ta' Edukazzjoni jew kwalifika xierqa, komparabbli u rikonoxxuta. Uhud mill-professjonijiet jeħtieġu warrant.
Kwalifiki Vokazzjonali bħalt-Technician Apprenticeship Scheme (TAS), Extended Skill Training Scheme (ESTS), Higher Technician Diploma jew kwalifiki oħra komparabbli.
Appoġġ
Livell ta' Edukazzjoni Ordinarju jew Avvanzat
Tipi ta’ Sejħiet
Sejħiet Dipartimentali
Id-dipartimenti huma responsabbli li jibdew l-arranġamenti biex jimtlew vakanzi fi staff complements awtoriżżati fi klassijiet ta’ gradi dipartimentali, b’ħatriet ġodda jew bi promozzjoni, skont il-każ. Sejħiet dipartimentali huma miftuħa għall-persuni li jaħdmu f’dak id-dipartiment li joħroġ is-sejħa.
Sejħiet Interni
Sejħiet interni jkunu mxandra bħala ċirkularijiet tal-People & Standards Division (P&SD) u miftuħa għal impjegati li qegħdin fis-Servizz Pubbliku. F’każ ta’ vakanzi ta’ Assistenti Diretturi, is-sejħa toħroġ mid-Direttur tas-Servizzi Korporattivi (DCS) tal-ministeru li fih tkun il-vakanza.
Sejħiet minn Barra
Is-sejħiet esterni joħroġhom id-Dipartiment tal-Informazzjoni u jkunu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern. M’hemmx għalfejn tkun impjegat tas-Servizz Pubbliku biex tkun eliġibbli li tapplika. Ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu japplikaw ukoll għal ċerti postijiet.
Espressjoni ta' Interess
Sejħiet għal espressjoni ta' interess joħorġu mill-entitajiet pubbliċi u huma miftuħa kemm għall-uffiċjali pubbliċi u dawk tas-settur pubbliku.
Tipi ta’ Pożizzjonijiet / Postijiet
Gradi fis-Servizz Ġenerali
Il-gradi fis-Servizz Ġenerali huma dawk il-gradi amministrattivi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta. Dawn il-gradi klerikali, eżekuttivi u dawk maniġerjali jinsabu, fil-biċċa l-kbira tagħhom, kemm fil-Ministeri kif ukoll fid-Dipartimenti. Il-Direttorat tar-Resourcing fi ħdan il-People & Standards Division, huwa responsabbli mir-reklutaġġ, progressjonijiet, promozzjonijiet u trasferimenti ta’ impjegati fil-gradi tal-General Service tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
Gradi li m’humiex tas-Servizz Ġenerali
Dawn huma l-gradi kollha mhux amministrattivi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta. Kull grupp ta’ karrieri hu regolat mill-ftehim ta’ klassifikazzjoni tal-gradi, hekk kif maqbul bejn il-Gvern u l-unions. Xi eżempji ta’ gradi li mhumiex fis-Servizz Ġenerali jinkludu dawk industrijali u superviżorji, tekniċi u xjentifiċi.
Ċerti gradi, minħabba fin-natura tax-xogħol tagħhom, huma marbutin ma’ Ministeri jew Dipartimenti speċifiċi, bħalma huma l-gradi mediċi, il-gradi tal-istampar u dawk fl-edukazzjoni.
Pożizzjonijiet b’Kuntratt
Il-gradi sustantivi huma supplimentati bil-ħolqien ta’ pożizzjonijiet b’kuntratt ad hoc skont l-esiġenzi tas-Servizz. Dawn il-pożizzjonijiet huma għal perjodu ta’ bejn sena u tliet snin, u jistgħu jiġġeddu għal perjodi oħra.
Żvilupp tal-Karriera
Id-diversi ftehimiet tal-klassifikazzjoni tal-ħaddiema jipprovdu għall-avvanz fil-karriera tal-Uffiċjal Pubbliku. Waqt li parti mill-avvanz tista’ tkun awtomatika permezz ta’ progressjonijiet minn skala ta’ salarju għall-oħra wara numru ta’ snin ta’ servizz sodisfaċenti, il-maġġoranza tal-avvanzi jsiru fuq bażi ta’ mertu u eżerċizzji ta’ għażla kompetittivi.
Ħoloq
Is-Sit tal-Gvern ta' Malta: http://www.gov.mt/
Is-Sit tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru: http://www.opm.gov.mt
Is-Sit tal-People & Standards: https://peopleandstandards.gov.mt
Is-Sit tas-Servizz Pubbliku: https://publicservice.gov.mt
Is-Sit tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku: http://www.psc.gov.mt
Is-Sit tad-Dipartiment tal-Informazzjoni: http://www.doi.gov.mt
Is-Sit tad-Dipartiment tal-Eżamijiet: http://exams.gov.mt
Europass CV: https://europass.cedefop.europa.eu/en/documents/curriculum-vitae
Manwal: https://recruitmentintra.gov.mt/manual/Recruitment Manual.pdf
App għal mowbajl
Ingħaqad mas-Servizz Pubbliku
Din l-app toffri l-informazzjoni kollha li hemm bżonn għal dawk kollha li jixtiequ jingħaqdu mas-Servizz Pubbliku f'Malta. Żomm ruħek aġġornat dwar il-vakanzi ġodda kollha li joħorġu, partikolarment dawk li jinteressawk l-iżjed. Agħżel il-kategoriji tiegħek, u żid mal-favoriti dawk li tixtieq tapplika għalihom!
Ħoloq:
Nizzel minn Google Play Store
Nizzel minn Apple App Store