Il-Missjoni Tagħna

Il-People & Standards Division għandha l-għan li tfassal, tiżviluppa u tippromovi, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Ministeri u d-Dipartimenti, policies, strateġiji u sistemi ta' tmexxija progressiva b'appoġġ għal-ħidma tal-Gvern. Għan ieħor hu li tassisti u tappoġġa Ministeri / Dipartimenti fi pjanijiet u programmi, kif ukoll tagħti servizz effettiv lill-pubbliku.

Il-Miri Tagħna  

Ir-Recruitment Portal tal-Gvern ta' Malta joffri soluzzjoni bl-internet fil-proċess tal-għażla fis-Servizz Pubbliku u permezz tiegħu,l-impjegati u l-pubbliku jkunu jistgħu:

  • Jaraw x'vakanzi hemm fis-Servizz Pubbliku;
  • Jibagħtu l-applikazzjonijiet  għal vakanzi fis-Servizz Pubbliku elettronikament; u
  • Jiċċekkjaw fiex waslet l-applikazzjoni tagħhom mill-kumdità ta’ darhom.

X’Nemmnu   

Is-Servizz Pubbliku ta’ Malta joffri opportunitajiet indaqs lill-impjegati tiegħu kollha, u jsir kull sforz biex joffri l-aħjar kundizzjonijiet possibbli, ħalli l-ħaddiema jkunu motivati, produttivi u ddixxiplinati.  Huwa minn ta’ quddiem li joffri miżuri favur il-familja, biex jissodisfa il-ħtiġijiet tal-familja moderna u l-programmi tal-Gvern.​

Il-Klijenti Tagħna

​Il-People & Standards Division, permezz ta' proċess delegat, toħroġ sejħiet għall-applikazzjonijiet miftuħa għas-Servizz kollu kif ukoll sejħiet dipartimentali, sejħiet miftuħa għal uffiċjali pubbliċi li jkollhom grad sustantiv, u sejħiet oħrajn miftuħa għal pubbliku ġenerali, kif ukoll għal ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

Sejħiet għall-applikazzjonijiet joħorġu wkoll biex ikun hemm tqassim aħjar tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku.

Hemm ukoll positijiet li jimtlew b’eżami pubbliku. F’dawn il-każijiet, il-Bord tal-Eżamijiet Lokali huwa ddelegat bl-awtorità li jagħmel dawn il-proċessi tal-għażla.