Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Social Worker

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 22/09/2023


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 22/09/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 31/12/2024 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A  
Il-Ministeru ghall-Edukazzjoni, l-Isport, iz-Zghazagh, ir-Ricerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jigbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuz fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-process tar-reklutagg, l-MEYR jimxi mal-Ligi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutagg, Tahrig Inizjali u Zvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).




1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru ghall-Edukazzjoni, l-Isport, iz-Zghazagh, ir-Ricerka u l-Innovazzjoni jilqa’ applikazzjonijiet ghall-post ta’ Social Worker fi hdan il-Ministeru ghall-Edukazzjoni, l-Isport, iz-Zghazagh, ir-Ricerka u l-Innovazzjoni.

2.1. Din il-hatra hija suggetta ghal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).

2.2. Is-salarju ta’ Social Worker huwa ta’ Skala ta’ Salarju 10, li fis-sena 2023 huwa ta’ €23,029.57 fis-sena, li jizdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €25,475.59.

2.3. Persuna fil-grad ta’ Social Worker titla’ fi Skala ta’ Salarju 9 (€24,494.79 x €447.33 - €27,178.77) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfacenti u huja fil-pussess ta’ warrant rilevanti biex tipprattika bhala Social Worker.

2.4. Persuna fil-grad ta’ Social Worker titla’ għall-grad ta’ Social Worker fi Skala 8 (€26,048.25 x €486.83 - €28,969.23) wara hames (5) snin servizz fil-grad ta’ Social Worker fi Skala 9 jew tliet (3) snin jekk ikollha xi kwalifika ta’ wara l-gradwazzjoni f’Livell 7 tal-MQF xierqa u rikonoxxuta, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfacenti.

2.5. Persuna fil-grad ta’ Social Worker titla’ ghall-grad ta’ Social Worker fi Skala 7 (€27,697.53 x €531.17 - €30,884.55) wara tliet (3) snin servizz fil-grad ta’ Social Worker fi Skala 8 jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfacenti.

2.6. Persuna mahtura tkun intitolata ghal tali beneficcji ohra, u suggetta ghal tali kundizzjonijiet u obbligi ohra kif jistghu jkunu stipulati fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.

2.7. Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn ufficjali pubblici mhumiex accettabbli.

2.8. L-accettazzjoni ta’ hatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi hdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bhala rinunzjata, sakemm dawn tal-ahhar ma jkunux applikazzjonijiet ghal pozizzjonijiet SAAC/ADAC jew applikazzjonijiet ghal pozizzjoni definita.


Dmirijiet

3. Id-dmirijiet ghal dan il-post ta’ Social Worker jinsabu fl-Anness A mehmuz ma’ din ic-Cirkolari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-hin u d-data tal-gheluq ta’ din is-sejha ghall-applikazzjonijiet, l-applikanti ghandhom ikunu
    1. cittadini ta’ Malta; jew
    2. cittadini ta’ Stati Membri ohra tal-Unjoni Ewropea li ghandhom jedd ghal trattament ugwali daqs cittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-sahha ta’ legizlazzjoni tal-UE u dispozizzjonijiet  ta’ trattati dwar ic-caqliq hieles tal-haddiema; jew
    3. cittadini ta’ kwalunkwe pajjiz iehor li ghandhom jedd ghal trattament ugwali daqs cittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minhabba li jkunu japplikaw ghal dak il-pajjiz legislazzjoni tal-UE u dispozizzjonijiet  ta’ trattati dwar ic-caqlieq hieles tal-haddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni ohra li ghandhom jedd ghal trattament ugwali daqs cittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari taghhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-ligi jew fil-legislazzjoni tal-UE u dispozizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. cittadini ta’ pajjizi terzi li jkunu nghataw status ta' residenti li joqoghdu ghal zmien twil f’Malta taht ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqoghdu ghal Zmien Twil (Cittadini ta’ Pajjizi Terzi)”, jew li jkunu nghataw permess ta' residenza taht ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ cittadini ta' pajjizi terzi li jkunu nghataw permess ta’ residenza taht ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza mahrug skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Cittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja taghhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Energija Atomika.’
Ghandu jintalab il-parir tat-Taqsima tac-Cittadinanza fi hdan l-Agenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi hdan l-Agenzija Identita` Malta skont il-htiega fl-interpretazzjoni tad-dispozizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-hatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq tehtieg il-hrug ta’ licenzja tax-xoghol f’dawk il-kazijiet fejn hija mehtiega skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u legizlazzjoni sussidjarja. Jobsplus ghandha tigi kkonsultata skont il-htiega dwar din il-materja.

ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża;

U

iii. fil-pussess ta’ Degree f’Livell 6 tal-MQF (suggett ghal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti *) f ’BA Hons. Social Work jew kwalifika rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF li twassal għall-Warrant rilevanti ta' Social Worker.

* Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma’ 180 krettu ECTS/ECVET, hekk kif applikabbli hija accetta biss suggett ghal dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent mill-MQRIC li tigi sottomessa mal-applikazzjoni.

iv. Ufficjali pubblici li japplikaw ghal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-hatra attwali taghhom, sakemm il-hatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pozizzjoni definita jew fi grad/pozizzjoni inqas. Riverzjoni ghal hatra precedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
      
4.2. (i) Kwalifiki f’livell oghla minn dak imsemmi hawn fuq jigu accettati ghal finijiet ta’ eligibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiziti tas-suggett specifikat. Kwalifika ta’ Masters f’livell 7 ta’ MQF, jew ekwivalenti* ghandha tinkludi minimu ta’ 90 krettu ECTS/ECVET.

* Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET hija accettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters millMQRIC tigi sottomessa mal-applikazzjoni. Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (moghtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija accettabbli sakemm ikun ivverifikat mill-MQRIC li l-ammont ta’ xoghol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET. 

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li ghadhom ma kisbux formalment jew ghadhom mhux approvati ghall-kwalifika rikjesta hekk kif specifikata fil-paragrafu 4.1 (iii) jew kif indikat f’paragrafu 4.2 (i), xorta jigu kkunsidrati,  basta jibaghtu evidenza li jinsabu fl-ahhar fazi tal-kors li jwassal ghall-ghoti tat-tali kwalifika. Il-persuni mahtura jridu jgibu, jew gew approvati, ghat-tali kwalifika sal-31 ta’ Dicembru, 2023.  Jekk l-iskadenza ghall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlahaqx, il-hatra, ghal din ir-raguni, tigi awtomatikament terminata.

(a) Il-perjodu ta' prova u l-intitolament ghall-progressjoni (skont il-kaz) jibdew jghoddu mid-data tal-hatra.
(b) Il-persuni mahtura ma jibbenefikaw minn ebda beneficcji, sakemm jiksbu l-kwalifika jew ikunu approvati ghall-kisba tal-kwalifika indikata, kif imsemmi f’paragrafu 4.1 (iii) jew 4.2 (i).
(c) Marki ghal kwalifiki rilevanti addizzjonali jistghu jinghataw biss ghal kwalifiki miksuba sad-data tal-gheluq tas-sejha ghall-applikazzjonijiet. Kandidat  li jista’ jipprovdi evidenza li l-ECTS mehtiega nkisbu sa dik id-data jista’ jinghata l-marki skont dan, jigifieri l-Bord tal-Ghazla jista’ jaghzel li jaghti wahda mill-marki l-aktar baxxi jekk issostanzjat minn traskrizzjoni disponibbli.

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bhalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF oghla minn dak mitlub hawn fuq jigu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati ghandhom jissottomettu evidenza li temmew b’success il-kretti mehtiega tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u lahqu l-livell tal-MQF mehtieg, sal-hin u d-data tal-gheluq tas-sejha ghall-applikazzjonijiet. 

4.3. Ufficjali Pubblici li ghandhom grad fi klassi partikolari, u li nghataw il-hatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ decizjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad oghla fl-istess klassi, huma eligibbli li japplikaw ghal gradi miftuha ghal ufficjali li ghandhom tali grad oghla bl-istess skala ta’ dik tal-hatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta giet effettiva l-hatra bhala Officer in Scale jghoddu bhala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejha t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju iehor t’eligibbilta’ ghall-post irid jigi sodisfatt skont din is-sejha t’applikazzjonijiet.

4.4. Ufficjali pubblici li bhalissa ghandhom hatra bhala Ufficjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bazi personali li jappartjenu ghall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament precedenti taghhom, u jistghu japplikaw fuq il-bazi tal-iskala kurrenti taghhom bhala Ufficjal fil-Grad, li ghandha tkun ekwivalenti ghal, jew oghla minn, dak li hu mehtieg minn din is-sejha ghall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-hatra bhala ufficjal fil-Grad huma kkalkulati ghall-iskop li jissodisfaw is-snin mehtiega ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejhiet ghall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwizit iehor ta’ eligibbiltà ghall-post/pozizzjoni ghandu jintlahaq f’termini ta’ din is-sejha ghall-applikazzjonijiet.   

4.5. L-applikanti li jkunu fl-ahhar sena tal-kors li jwassal ghall-ghoti tal-kwalifika xierqa skont il-paragrafu 4.1 (iii) xorta jistghu japplikaw. Tali applikanti jkunu jehtiegu li juru t-tlestija b’success tal-kors relevanti jew sat-30 ta’ Novembru 2023, jew sat-30 ta' Novembru 2024 jekk japplikaw wara t-30 ta' Novembru 2023. In-nuqqas li tipprovdi din l-evidenza jwassal ghat-tnehhija mil-lista ta’ mertu ta’ rizultat   

4.6. L-applikanti ghandhom ikunu ta’ kondotta xierqa ghall-post li ghalih saret l-applikazzjoni. Fil-kaz ta’ applikanti li digà qeghdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 ghandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li johrog is-sejha ghall-applikazzjonijiet minghand id-Direttur responsabbli ghall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku ghandom jipproducu Certifikat tal-Kondotta mahrug mill-Pulizija jew awtorità kompetenti ohra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jaghtu d-dettalji. 

4.7. Il-kandidati maghzula jridu jkunu eligibbli ghall-hatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.6 hawn fuq, mhux biss sal-hin u d-data tal-gheluq ta' din is-sejha ghall-applikazzjonijiet, izda wkoll fid-data tal-hatra.

4.8. L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Ghazla (jekk ir-rizultat ghadu ma giex ippublikat, f'liema kaz l-applikazzjoni ghandha tigi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inharget is-sejha (jekk ir-rizultat ikun gie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-hatra taghhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-gheluq, jew hekk kif jigu msejha ghall-hatra bhala rizultat ta' din is-sejha ghall-applikazzjonijiet, skont il-kaz. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal ghal azzjoni dixxiplinarja. Min-naha tieghu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Ghazla ghandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-hatra attwali tieghu/taghha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.9. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

Ministry / Department :

Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation

Contact Persons :

Edu Servizz.gov

Address :

Great Siege Road,Floriana,VLT2000

Telephone :

2598 0000

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.