Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Edukatur għall-Adulti fuq bażi part-time

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 06/02/2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Tagħlim u Edukazzjoni
    Data ppubblikata: 06/02/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 07/01/2027 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).



1.1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Edukatur għall-Adulti ​fuq bażi part-time fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, fuq perjodu definit fuq bażi part-time, kif u meta jkun meħtieġ.

1.2. L-applikanti jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni ta’ Edukatur għall-Adulti fuq bażi part-time f’wieħed jew aktar mis-suġġett/i/qasam/oqsma biex iservu f'Malta u f'Għawdex, li jidhru hawn taħt:
  1. Accounts
  2. Biology
  3. Cake Masters
  4. Chemistry
  5. Computing
  6. Digital Skills
  7. Electrical Installations
  8. English
  9. English as a Foreign Language
  10. Flower Arrangements
  11. Food Matters: Cooking Techniques and Healthy Eating
  12. French
  13. Fretwork
  14. Gardening
  15. German
  16. Gilding
  17. Gold and Silver Smithing
  18. Greek
  19. Health, Wellbeing & Successful Ageing
  20. ICDL
  21. Interior Design
  22. Italian
  23. Ladies and Gents Garments
  24. Maltese
  25. Maltese as a Foreign Language
  26. Mechanical Clock Repair
  27. Monastery Work
  28. Mosaic
  29. Needle Lace
  30. Organic Horticulture
  31. Philosophy
  32. Physics
  33. Portuguese
  34. Pottery and Ceramics
  35. Python Programming
  36. Spanish
  37. Turkish
  38. Upholstery

3. Edukatur għall-Adulti fuq bażi part-time jitħallas bir-rata ta’ €20.00 fis-siegħa, skont in-numru ta’ lezzjonijiet /xogħol assenjat flimkien ma bonuses pro-rata (ta’ nofs is-sena u tal-Milied) u d-dħul supplimentari. Il-ħlas ikopri kemm il-ħin għall-preparazzjoni, korrezzjonijiet, valutazzjoni, żamma tar-rekords, feedback, laqgħat mal-maniġment, ħin ta’ kuntatt fil-klassijiet tal-edukazzjoni għall-adulti, u kwalunkwe dmir ieħor relatat. M'hemm l-ebda rimborż addizzjonali għall-ivvjaġġar lejn u mill-post.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Edukatur għall-Adulti fuq bażi part-time jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

5.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

ii. jkunu kapaċi jikkomunikaw bil-lingwi tal-Malti u l-Ingliż sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni; u

iii. fil-pussess ta’ degree ta' Baċellerat rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 ECTS krettu, jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li qed japplikaw għalih, jew kwalifika komparabbli. L-applikanti għandhom ukoll, ikollhom minimu ta’ sena (1) esperjenza bħala Edukatur jew sena (1) ta' prattika professjonali/esperjenza ta' xogħol ippruvata fil-qasam applikat, jekk applikabbli;

*Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS.

iv. f'każ li ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn applikanti eleġibbli skont il-paragrafu 5.1 (iii) hawn fuq u/jew fin-nuqqas li ma jkunx hemm numru biżżejjed ta’ applikanti li jiksbu suċċess, l-eliġibbiltà tkun estiża wkoll għall-applikanti fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 30 ECTS krettu, jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li qed japplikaw għalih, jew kwalifika komparabbli. L-applikanti għandhom ukoll, ikollhom minimu ta’ sena (1) esperjenza bħala Edukatur jew tliet (3) snin ta’ prattika professjonali/esperjenza ta’ xogħol ippruvata fil-qasam applikat, jekk applikabbli;

v. f’każ li ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn applikanti eleġibbli skont il-paragrafu 5.1 (iii) u (iv) hawn fuq u/jew fin-nuqqas li ma jkunx hemm numru biżżejjed ta’ applikanti li jiksbu suċċess, l-eliġibbiltà tkun estiża wkoll għall-applikanti fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 120 ECTS krettu, jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li qed japplikaw għalih, jew kwalifika komparabbli. L-applikanti għandhom ukoll, ikollhom minimu ta’ sentejn (2) esperjenza bħala Edukatur jew erba’ (4) snin ta’ prattika professjonali/esperjenza ta’ xogħol ippruvata fil-qasam applikat, jekk applikabbli;

vi. f’każ li ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn applikanti eleġibbli skont il-paragrafu 5.1 (iii), (iv) u (v) hawn fuq u/jew fin-nuqqas li ma jkunx hemm numru biżżejjed ta’ applikanti li jiksbu suċċess, l-eliġibilità għandha tiġi estiża għal applikanti li għandhom erba' (4) snin esperjenza bħala Edukaturi li jgħallmu l-qasam/suġġett li qed japplikaw għalih, jew sena (1) bħala għalliema full-time bil-warrant, jew ħames (5) snin ta’ prattika professjonali/esperjenza ta’ xogħol fil-qasam li għaliha saret l-applikazzjoni.

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 30/120 ECTS krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).


Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.


5.2. (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

Ministry / Department :

Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation

Contact Persons :

Edu Servizz.gov

Address :

Great Siege Road,Floriana,VLT2000

Telephone :

2598 0000

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.