Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Learning Support Educator Supplimentari (SLSE)

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata 17/07/2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Tagħlim u Edukazzjoni
    Data ppubblikata: 17/07/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 31/12/2027 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A 
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport (MES) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ,l-MES jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).

1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Learning Support Educator Supplimentari (SLSE) fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport.

3.1 Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ SLSE huwa ekwivalenti għall-minimu ta' Skala ta' Salarju 14 li fl-2026 huwa ta' €20,645.02 fis-sena. 

3.2 Persuna  maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal  kundizzjonijiet u obbligi oħra kif jistgħu jkunu stipulati fil-Ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers (MUT) kif iffirmat fil-15 t a' Lulju 2024.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ SLSE jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

(ii) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża, sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;

U

(iii) a. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta (Degree) fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 krettu tal-ECTS, jew ekwivalenti**) jew kwalifika komparabbli;

JEW

(iii) b. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta (Certificate) fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 30 krettu tal-ECTS, jew ekwivalenti*) jew kwalifika komparabbli U għandhom fil-pussess tagħhom livell Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u /jew Livell Ordinarju ("O" Level grad A-C jew 9-4) fil-Livell 3 tal-MQF  jew għaddew mill-eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti U flimkien ma’ kwalunkwe pass ieħor fil-livell Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u /jew Livell Ordinarju ("O" Level grad A-C jew 9-4) fil-Livell 3 tal-MQF ;

JEW

(iii) c. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 60 krettu tal-ECTS, jew ekwivalenti*) jew kwalifika komparabbli U għandhom fil-pussess tagħhom livell Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u /jew Livell Ordinarju ("O" Level grad A-C jew 9-4) fil-Livell 3 tal-MQF  jew għaddew mill-eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti  U flimkien ma’ kwalunkwe pass ieħor fil-livell Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u /jew Livell Ordinarju ("O" Level grad A-C jew 9-4) fil-Livell 3 tal-MQF ;

JEW

(iii) d. fil-pussess ta’ kwalunkwe suġġett fil-Livell ta' Matrikola Avvanzat (minimu Grad E) kwalifiki rikonoxxuti fil-Livell 4 tal-MQF U għandhom fil-pussess tagħhom livell Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u /jew Livell Ordinarju ("O" Level grad A-C jew 9-4) fil-Livell 3 tal-MQF  jew għaddew mill-eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti  U flimkien ma’ kwalunkwe pass ieħor fil-livell Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u /jew Livell Ordinarju ("O" Level grad A-C jew 9-4) fil-Livell 3 tal-MQF .

Testijiet tal-profiċjenza/ ċertifikati fl-Ingliż u/jew fil-Malti u/jew fil-Matematika, mhux ħa jiġu aċċettati.

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ta' 30/60 ECTS kretti, kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni ta' rikonoxximent tal-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).

**Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS.  

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.

5.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 (iii) a. jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Dawk illi japplikaw skont paragrapfu 5.1 (iii) b. jew (iii) c. jew  (iii) d. li ma jkunux fil-pussess ta’  wieħed jew aktar mit-tlett (3) suġġetti rikjesti fis-SEC/Livell Ordinarju fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti, xorta waħda jiġu kkunsidrati eliġibbli, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha ta’ eliġibbiltà. Dawn l-applikanti jingħataw perjodu ta’ sena (1) mid-data tal-ħatra sabiex jiksbu s-SEC/Livell Ordinarju nieqsa fl-Ingliż u/jew fil-Matematika u/jew fil-Malti.

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
  
(iv) Hija ir-responsabbilità tal-applikant li japplika għal-eżami/eżamijiet ta’ kwalifika u/jew għas-SEC/Livell Ordinarju. 

Ministry / Department :

 Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Contact Persons :

 Dipartment tal-People Management

Address :

 Triq l-Assedju l-Kbir, Floriana

Telephone :

 2598 0000

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.