Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Manager I

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/OPM 38/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 23/10/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 06/11/2026 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru
    Dipartiment: Diviżjoni dwar Nies u Standards

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - Manager I_P&SD 
1. Id-Direttur (Riżorsi Umani), Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager I fid-Diviżjoni Nies u Standards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax (12) -il xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ probation/prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra. 

2.3 Is-salarju ta’ Manager I huwa ta’ Skala ta’ Salarju 10, li fis-sena 2026 huwa ta’ €27,055.98 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €29,502.00.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Manager I fi Skala ta' Salarju 10 titla’ sa Skala ta’ Salarju 7 (€32,158.00 x €531.17 - €35,345.02 fl-2026) wara tmien (8) snin servizz bħala Manager I fi Skala ta’ Salarju rispettiv, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Persuna fil-grad ta' Manager I (Skala ta’ Salarju 10) li jikseb degree ta’ Masters rikonoxxut fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 90 kredtu ECTS, jew ekwivalenti*) f’oqsma rilevanti kif determinat mill-Maniġment għandha titqiegħed fi Skala ta' Salarju 9 (€28,701.02 x €447.33 - €31,385.00 fl-2026) u tavvanza għal Skala ta’ Salarju 8 (€30,405.02 x €486.83 - €33,326.00 fl-2026) wara sentejn (2) snin servizz sodisfaċenti bħala Manager I (Skala ta' Salarju 9).

*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS.

2.6 Persuna fil-grad ta' Manager I (Skala ta’ Salarju 8) se jkompli javvanza għal Skala ta’ Salarju 7 (€32,158.00 x €531.17 - €35,345.02 fl-2026) wara sentejn (2) servizz sodisfaċenti bħala Manager I (Skala ta’ Salarju 8).

2.7 Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 10% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti, u ħlas ta' allowance tal-klassi annwali ta €750, suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien. 

2.8 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.

2.9 Ir-riżultat jibqa’ validu għal perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

2.10 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  

Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal dan il-post ta' Manager I  fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u l-għeluq tad-data ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu: Uffiċjali Pubbliċi jew Ħaddiema tas-Settur Pubbliku li huma ssekondati mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Ħaddiema tal-RSSL. Uffiċjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw;

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

(i)  ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża;

U

(ii) ikollhom degree ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fil-Work u Human Resources Management jew Training u Development jew Public Management jew Corporate Governance jew Leadership jew Organisational Behaviour jew Management jew Strategy jew Change Management jew Industrial Relations jew Workplace Learning jew Psychology jew Law jew Human Resources Management jew Project Management jew Business Management jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-Maniġment.

*Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS. 
​
Korsijiet qosra li jwasslu għal awards, b’differenza mill-kwalifiki, ma jkollhomx in-numru meħtieġ ta’ kretti ECTS fil-livell tal-MQF rispettiv u, għalhekk, ma jiġux ikkunsidrati għal finijiet ta’ eleġibilità.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 (i) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar 'l isfel). 

4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika minima ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi revokata.

Ministry / Department :

Sezzjoni tar-Riżorsi Umani, Direttorat Riżorsi Umani, Uffiċċju tal-Prim Ministru

Contact Persons :

Sa Shaznay Fenech

Sa Romina Brincat

Address :

Berġa ta' Kastilja, Valletta

Telephone :

22001067

​22001016

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.