Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Spiżjar

     Nru. ta' Referenza Gażżetta tal-Gvern idatata 3 ta' Lulju 2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Biedja, Sajd u Ambjent Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 03/07/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 17/07/2026 13:30
    Ministeru: Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel, jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Spiżjar fil-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel.

2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax–il (12) xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Spiżjar huwa ta’ Skala ta’ Salarju 9 Step 3, li fis-sena 2026 hu €29,595.68 li jiżdied b’€447.33 fis-sena sa massimu ta’ €31,385.00 fis-sena.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Spiżjar titla’ fi Skala 8 (€30,405.02 x €486.83 - €33,326.00 fl-2026) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti, li matul din, l-ispiżjara huwa suġġetta għal placements fuq sistema ta’ rotazzjoni, kif indikat mill-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien, fis-setturi varji tas-servizz pubbliku.

Matul dan il-perjodu ta’ żmien fil-grad ta' Spiżjar, il-kandidati li jintemmu b’suċċess iridu jiksbu Certificate of Completion of General Professional Training (CCGPT). Ladarba jinkiseb iċ-ċertifikat tas-CCGPT, il-Manigment iżomm id-dritt li jibgħat l-ispiżjar skont l-esiġenzi tas-servizz.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Spiżjar Skala 8, tiġi promossa għall-grad ta’ Senior Pharmacist fi Skala 7 (€32,158.00 x €531.17 - €35,345.02 fl-2026) suġġett li tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti wara sitt (6) snin servizz fil-grad ta’ Spiżjar. La darba is-Certificate of Completion of General Professional Training (CCGPT) ikun għaddej, il-progression għal Senior Pharmacist fi Skala ta’ Salarju 7 tkun wara sentejn (2) snin ta' servizz sodisfaċenti fi Skala ta’ Salarju 8 u tlestija b'suċċess tas-CCGPT.

2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji l-oħra tali, u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra tali li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.

2.6 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.

2.6 Dan il-post ġie identifikat bħala "post/pożizzjoni hekk identifikat"  għall-finijiet ta’ subartikolu 5 tal-artikolu 4 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595 tal-Liġijiet ta’ Malta) u skont id-Direttiva 14.1 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fit-3 ta’ Awwissu 2023, li jinvolvi funzjonijiet regolartorji u ta’ spettorat. Il-kundizzjonijiet relevanti elenkati fl-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u f’Direttiva 14.1 japplikaw. 
2.7 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

l-kandidat/i magħżul/a jkun/u meħtieġ/a jimla/jimlew id-Dikjarazzjoni disponibbli fl-Appendiċi  1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn), peress li din il-kariga titqies bħala kariga ta’ riskju għoli kif elenkat fis-Sitt Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u tinvolvi funzjonijiet regolatorji u ispettorati kif elenkati fl-Anness tad-Direttiva 14.1. 

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Spiżjar jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija jew dik Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;

U

iii. fil-pussess ta' warrant biex jipprattikaw bħala Spiżjar f'Malta.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
      
4.2 i. Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali warrant fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

*Kandidati li ma jkollhomx warrant jiġu inizjalment maħtura bħala Trainee fil-grad ta’ SS 10, biex iwettqu dmirijiet taħt superviżjoni xierqa. Malli jinkiseb il-warrant, il-persuni maħtura jkunu intitolati għal ħatra fil-grad ta' Spiżjar f'Skala ta' Salarju 9 step 3.

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.          
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        


Ministry / Department :

Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel

Contact Persons :

Andrew Galea

Address :

Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Agriculture Research and Innovation Hub, Triq l-Ingiered, Luqa, LQA 3300

Telephone :

2339 7227

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.