Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A - Job Duties - ENG_MLT |
Deskrizzjoni qasira tal-post
- Id-Direttur (Probation u Parole), Ministeru għall-Intern, is-Sigurta`, ir-Riformi u l-Ugwaljanza jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Trainee Probation Officer fid-Dipartiment tal-Probation u Parole fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta`, ir-Riformi u l-Ugwaljanza.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tlett (3) xhur. Persuna magħżula tidħol f'assignment ta' sena (1) bħala Trainee Probation Officer fid-Dipartiment tal-Probation u Parole, fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta`, ir-Riformi u l- Ugwaljanza. Il-kuntratt tat-Traineeship jigi terminat jekk it-trainees ma jilħqux livell sodisfaċenti fuq il-post tax-xogħol jew jonqsu milli jitterminaw il-kors b'suċċess fis-sena akkademika stipulata. Id-Direttur jista' jestendi l-kuntratt definit għall-perjodu ieħor ta' (12) tnax-il xhar.
2.2 Is-salarju ta’ Trainee Probation Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2023 huwa ta’ €20,270.04 fis-sena.
2.3 Mat-tmiem b'suċċess tal-kors ta' studju tal-Post-Graduate Diploma fil-Probation Services jew l-ekwivalenti, persuna fil-grad ta' Trainee Probation Officer tinħatar bħala Probation Officer fi Skala ta' Salarju 10 (li fis-sena 2023 huwa ta' €23,029.57 x €407.67 - €25,475.59).
2.4 Persuna fil-grad ta' Probation Officer (Skala ta' Salarju 10) titla għal Skala ta' Salarju 9 (li fis-sena 2023 huwa ta' €24,494.79 x €447.33 - €27,178.77), wara erba' (4) snin servizz fil-grad ta' Probation Officer (Skala ta' Salarju 10), dejjem jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.
2.5 Persuna fil-grad ta' Probation Officer (Skala ta' Salarju 9) titla għal Skala ta' Salarju 8 (li fis-sena 2023 huwa ta' €26,048.25 x €486.83 - €28,969.23), wara erba' (4) snin servizz fil-grad ta' Probation Officer (Skala ta' Salarju 9), dejjem jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.
2.6 Persuna fil-grad ta' Probation Officer (Skala ta' Salarju 8) titla għal Skala ta' Salarju 7 (li fis-sena 2023 huwa ta' €27,697.53 x €531.17 - €30,884.55), wara erba' (4) snin servizz fil-grad ta' Probation Officer (Skala ta' Salarju 8), dejjem jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.
2.7 Probation Officers li huma fil-pussess ta' kwalifika relevanti f'livell 7 ta' MQF fi Human u Social Sciences hekk kif inhu determinat mill-management minn żmien għall-żmien, għandhom jidħlu fi Skala ta' Salarju 8 u jipprogressaw skond il-ftehim kollettiv.
2.8 Persuna fil-ħatra ta' Trainee Probation Officer għandha jkollha xeħta biex tikkomunika u tkun kapaċi tibni relazzjonijiet interpersonali. Tehtieġ li jkollha wkoll interviewing skills tajba u ħiliet fil-kitba.
2.9 Kandidati maghżula huma mistennija li jaqdu d-dmirijiet tagħhom bħala parti mis-servizz ta' emerġenza ta' erbgħa u għoxrin siegħa.
2.10 Trainee Probation Officers huma mistennija li jaħdmu sigħat irregolari tal-ġurnata skont l-esiġenzi tax-xogħol.
2.11 Trainee Probation Officers huma mistennija li jkollhom fil-pussess tagħhom liċenzja valida tas-sewqan jew ikunu jinsabu fil-proċess li jiksbu waħda u jkunu mistennija jużaw il-mezz tat-transport tagħhom għax-xogħol. Huma jkunu ntitolati għall-allowance approvata.
2.12 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.
2.13 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC/ADAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Trainee Probation Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
- kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża;
- (a) għandhom fil-pussess tagħhom ir-rekwiżiti minimi għad-dħul fil-kors tal-Post-Graduate Diploma fis-Servizzi tal-Probation f'livell MQF 7 jew kwalifika xierqa, komparabli u rikonoxxuta, jiġifieri:
- First Degree Category II f'livell MQF 6 (b'minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti), f'suġġetti kkunsidrati relevanti; jew
- Honours Degree, second class f'livell MQF 6 (b'minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti), f'suġġetti kkunsidrati relevanti.
(b) għandhom ikunu wkoll f'intervista magħmula mill-Universita' ta' Malta sabiex jibdew il-kors Post-Graduate Diploma fis-Servizzi tal-Probation jew ekwivalenti.
(c) Id-Dipartiment ser jiffaċilita' l-progress ta' dawk appuntati bħala Trainee Probation Officers li jkunu spiċċaw il-kors tal-Post-Graduate Diploma fis-Servizzi tal-Probation sabiex jispiċċaw il-Masters fis-suġġett imsemmi. Dan huwa bla preġudizzju għas-servizz offrut lil klijenti.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita jew fi grad/pożizzjoni inqas. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat. Kwalifika ta' Masters f'Livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta' 90 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti *.
*Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta b'minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent tal-Masters mill MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta mill-Universita' ta' Malta (mogħtija qabel l-2009) b'inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm ikun ivverifikat mill-MQRIC li l-ammont ta' xogħol huwa komparabli ma' mill-iqas 60 krettu ECTS/ECVET.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (iii) jew kif ndikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Diċembru, 2023. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(a) Il-perjodu ta' prova u l-intitolament għall-progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra.
(b) Il-persuni maħtura ma jibbenefikaw minn ebda benefiċċji, sakemm jiksbu l-kwalifika jew ikunu approvati għall-kisba tal-kwalifika indikata, kif imsemmi f’paragrafu 4.1 (iii) jew 4.2.
(c) Marki għal kwalifiki rilevanti addizzjonali jistgħu jingħataw biss għal kwalifiki miksuba sad-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Kandidat li jista’ jipprovdi evidenza li l-ECTS meħtieġa nkisbu sa dik id-data jista’ jingħata l-marki skont dan, jiġifieri l-Bord tal-Għażla jista’ jagħżel li jagħti waħda mill-marki l-aktar baxxi jekk issostanzjat minn traskrizzjoni disponibbli
(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.5 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.7 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
4.8 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Department of Probation and Parole (MHSR) |
Contact Persons : | Mark Seychell |
Address : | Millennia Buildings, 3rd Floor, Aldo Moro Road, Marsa, MRS9065 |
Telephone : | 2295 1000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.