Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Probation Officer

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata 10/12/2021


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 10/12/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 27/12/2021 17:15
    Dipartiment: Probation & Parole

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Job Description - Annex A 

  1. Id-Direttur (Probation u Parole), fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Probation Officer fid-Dipartiment tal-Probation u Parole fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi. 

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12) -il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Probation Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2021 huwa ta’  €21,267 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,713.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Probation Officer (Skala ta' Salarju 10) titla’ fi Skala ta' Salarju 9 (€22,633 x €447.33 - €25,317 fis-sena 2021) wara erbgħa (4) snin servizz fil-grad ta' Probation Officer (Skala ta' Salarju 10), jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti. 

2.4 Persuna fil-grad ta’ Probation Officer (Skala ta' Salarju 9) titla’ fi Skala ta' Salarju 8 (€24,091 x €486.83 - €27,012 fis-sena 2021) wara erbgħa (4) snin servizz fil-grad ta' Probation Officer (Skala ta' Salarju 9), jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti. 

2.5 Persuna fil-grad ta’ Probation Officer (Skala ta' Salarju 8) titla’ fi Skala ta' Salarju 7 (€25,656 x €531.17 - €28,843 fis-sena 2021) wara erbgħa (4) snin servizz fil-grad ta' Probation Officer (Skala ta' Salarju 8), jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti. 

2.6 F'każ li l-persuna magħżula tkun fil-pussess ta' Post-Graduate Diploma fil-Probation Services rikonoxxuta f'livell 7 tal-MQF jew tkun fil-pussees ta' kwalifika li tkun xierqa u komparabli fil-Human and Social Sciences fil-livell 7 tal-MQF, hi tibda minn Skala ta' Salarju 8, li fis-sena 2021 huwa ta’  €24,091 fis-sena, li jiżdied b’€486.83 fis-sena sa massimu ta’ €27,012 u jkompli jipprogressa skond il-ftehim kollettiv.

2.7 Il-persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji l-oħra tali, u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra tali li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Union kompetenti.

2.8 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.9 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.



Dmirijiet

3.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Probation Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

3.2 Persuna fil-ħatra ta' Probation Officer għandha jkollha xeħta biex tikkomunika u tkun kapaċi tibni relazzjonijiet interpersonali. Teħtieg li jkollha wkoll interviewing skills tajba u ħiliet fil-kitba.

3.3 Kandidati magħżula huma mistennija li jaqdu d-dmirijet tagħhom bħala parti mis-servizz ta' emerġenza ta' erbgħa u għoxrin siegħa.

3.4 Kandidati magħzula huma mistennija li jaħdmu sighat irregolari tal-ġurnata skont l-esiġenzi tax-xogħol.

3.5 Il-Probation Officers huma mistennija li jkollhom fil-pussess tagħhom liċenzja valida tas-sewqan jew ikunu jinsabu fil-proċess li jiksbu waħda u jkunu mistennija jużaw il-mezzi tat-trasport tagħhom għax-xogħol. Huma jkunu ntitolati għall-allowance approvata.

3.6 Kandidati magħżula huma mistennija li jaħdmu minn Għawdex ukoll.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
  1. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u l-lingwa Ingliża; U
  2. (a) fil-pussess ta' Post-Graduate Diploma rikonoxxuta fis-Servizzi tal-Probation f'Livell MQF 7 (suġġetta għal minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) jew ikollhom kwalifika professjonali rikonnuxuta komparabli fil-livell 7 tal-MQF fil-Human and Social Sciences; JEW 
(b) fil-pussess ta' ittra uffiċjali maħruga minn Universita' ta' Malta jew Universita'/Istituzzjoni kompetenti u rikonoxxuta li tiddikjara li l-persuna temmet b'suċċess il-livell ta' Post-Graduate Diploma fis-Servizzi tal-Probation f'livell MQF 7 (suġġetta għal minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVET) jew kwalifika professjonali komparabli u rikonoxxuta, imma għażlet li tkompli għall-livell ta' Masters rikonoxxuta f'livell MQF 7 (suġġetta ghal minimu ta' 90 krettu ECTS/ECVET), jew kwalifika professjonali komparabli.

* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparablli ma' 60 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC. 

       iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat. 

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.5 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.7 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.8 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

 Dipartiment tal-Probation u Parole

Contact Persons :

 Mark Seychell

Address :

Millennia Buildings
3rd Floor
Aldo Moro Road

Marsa, MRS9065

Telephone :

 2295 1316

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.