Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Higher Specialist Trainee fid-Dermatoloġija fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija u Venereoloġija

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern 25/10/2024


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 25/10/2024 11:00
    Data tal-għeluq: 08/11/2024 17:15

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument job description 
Ara d-dokument Declaration form 
1.1 Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Higher Specialist Trainee (Speċjalitajiet Varji) fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.

1.2  Vakanzi jeżistu fl-ispeċjalitajiet li ġejjin:

1. Mediċina tal-Aċċident u Emerġenza fid-Dipartiment tal-Aċċident u Emerġenza;
2. Anestesija u Kura Intensiva fid-Dipartiment tal-Anestesija, Kura Intensiva u Maniġġ tal-Uġigħ;
3. Mediċina Awdjovestibulari fid-Dipartiment tal-ENT fi ħdan id-Dipartiment tal-Kiruġija;
4. Kardjoloġija fid-Dipartiment tal-Kardjoloġija;
5. Kirurġija Kardjotoraċika fid-Dipartiment tas-Servizzi Kardijaċi;
6. Patoloġija Kimika fid-Dipartiment tal-Patoloġija;
7. Onkoloġija Klinika fid-Dipartiment tal-Imatoloġija u Onkoloġija;
8. Dermatoloġija fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija u Venereoloġija;
9. Dijabete, Endokrinoloġija u Mediċina Ġenerali/Interna fid-Dipartiment tal-Mediċina;
10. Gastroenteroloġija u Mediċina Ġenerali/Interna fil-Dipartiment tal-Mediċina;
11. Kirurġija Ġenerali fid-Dipartiment tal-Kirurġija;
12. Mediċina Ġenito-Urinarja fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija u Venereoloġija;
13. Ġerjatrija fid-Dipartiment tal-Ġerjatrija;
14. Imatoloġija fid-Dipartiment tal-Onkoloġija u Imatoloġija ;
15. Istopatoloġija fid-Dipartiment tal-Patoloġija; 
16. Mard Infettiv u Mediċina Ġenerali/Interna fid-Dipartiment tal-Mediċina;
17. Neonatoloġija fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti;
18. Nefroloġija u Mediċina Ġenerali/Interna fid-Dipartiment tal-Mediċina;
19. Newroloġija fid-Dipartiment tan-Newroxjenza;
20. Newrokirurġija fid-Dipartiment tan-Newroxjenza;
21. Ostetriċja u Ġinekoloġija fid-Dipartiment tal-Ostetriċja u Ġinekoloġija;
22. Kirurġija Ortopedika fid-Dipartiment tal-Kirurġija Ortopedika, Trawma u Mediċina tal-iSport;
23. Pedjatrija fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti;
24. Pedjatrija b'interess speċjali fil-Gastroenteroloġija Pedjatrika fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti;
25. Pedjatrija b'interess speċjali fin-Nefroloġija Pedjatrika fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti;
26. Pedjatrija b'interess speċjali fin-Newroloġija Pedjatrika fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti;
27. Pedjatrija b'interess speċjali fl-Onkoloġija Pedjatrika fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti;
28. Kirurġija Pedjatrika fid-Dipartiment tal-Kirurġija;
29. Mediċina Paljattiva fid-Dipartiment tal-Imatoloġija u Onkoloġija;
30. Kirurġija Plastika fid-Dipartiment tal-Kirurġija;
31. Psikjatrija fid-Dipartiment tal-Psikjatrija;
32. Mediċina għas-Saħħa Pubblika fid-Dipartiment għas-Saħħa Pubblika;
33. Radjoloġija fid-Dipartiment tal-Immaġni Medika;
34. Mediċina tar-Rijabilitazzjoni fl-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karin Grech;
35. Mediċina Respiratorja u Mediċina Ġenerali/Interna fid-Dipartiment tal-Mediċina;
36. Rumatoloġija u Mediċina Ġenerali/Interna fid-Dipartiment tal-Mediċina;
37. Uroloġija fid-Dipartiment tal-Kirurġija ;
38. Kirurġija Vaskulari fid-Dipartiment tal-Kirurġija.

3. Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’  Higher Specialist Trainee huwa ekwivalenti għall-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 6 (li fis-sena 2024 huwa €34,204.00 fis-sena), bi grad sustantiv ta' Senior Staff Grade li jibda mit-tielet tarġa ta' Skala ta' Salarju 6 (li fis-sena 2024 huwa €31,818.68) flimkien ma' Specialisation Allowance ta' €6,380 fis-sena għall-ewwel sentejn u titla' għal €6,900 mit-tielet sena 'l quddiem, li titħallas fi tlettax-il pagament ugwali kull sena.  

Dmirijiet

4.1 Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Higher Specialist Trainee jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

4.2  Persuna appuntata tista' tkun rikjesta twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-Kura tas-Saħħa f'Malta u/jew fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

4.3  Persuni maħtura jiġu stazzjonati fil-Ministeru rispettiv skont l-esiġenzi tas-servizz u l-ittri tal-ħatra jinħarġu mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża; 
  2. fil-pussess bi sħiħ ta' warrant (reġistrazzjoni bi sħiħ bħala tabib mal-Kunsill Mediku ta' Malta) u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2025, fil-pussess ta' Ċertifikat ta' Tlestlija tal-Basic Specialist Training (CCBST) maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Ispeċjalisti (SAC) ta' Malta jew ekwivalenti u fil-każ ta' Mediċina Paljattiva, Ċertifikat ta' Tlestija ta' Taħriġ speċjaliżżat (CCST) fil-Mediċina tal-Familja jekk se japplikaw b'din iċ-Ċertifikazzjoni jew ekwivalenti.
Qed jiġi kkjarifikat li qabel il-ħatra, persuna li qed tapplika għall-pożizzjoni ta' Higher Specialist Trainee: 

1. fil-Mediċina tal-Aċċident u Emerġenza teħtieġ CCBST fil-Mediċina tal-Aċċident u Emerġenza jew ekwivalenti;
2. fl-Anestesija u Kura Intensiva teħtieġ CCBST fl-Anestesija u Kura Intensiva jew ekwivalenti;
3. fil-Mediċina Awdjovestibulari teħtieġ jew CCBST fil-Kirurġija jew CCBST fil-Mediċina Ġeneral/Interna jew CCBST fil-Pedjatrija jew CCST fil-Mediċina tal-Familja jew ekwivalenti jew l-isem ikun imniżżel fuq ir-Reġistru għall-Ispeċjalisti għall-Otorinolaringoloġija;
4. fil-Kardjoloġija teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
5.  fil-Kirurġija Kardjotoraċika teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
6.  fil-Patoloġija Kimika teħtieġ CCBST fil-Patoloġija Kimika jew ekwivalenti;   
7. fl-Onkoloġija Klinika teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
8. fid-Dermatoloġija teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
9. fid-Dijabete, Endokrinoloġija u Mediċina Ġenerali/Interna teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġeneral/Interna jew ekwivalenti;
10. fil-Gastroenteroloġija u Mediċina Ġenerali/Interna teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
11. fil-Kirurġija Ġenerali teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
12. fil-Mediċina Ġenito-urinarja teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
13. fil-Ġerjatrija teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
14. fl-Imatoloġija teħtieġ jew CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew CCBST fl-Imatoloġija jew CCBST fil-Pedjatrija jew ekwivalenti; 
15. fl-Istopatoloġija teħtieġ CCBST fl-Istopatoloġija jew ekwivalenti; 
16. fil-Mard Infettiv u Mediċina Ġenerali/Interna teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
17. fin-Neonatoloġija teħtieġ CCBST fil-Pedjatrija jew ekwivalenti;
18. fin-Nefroloġija u Mediċina Ġenerali/Interna teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
19. fin-Newroloġija teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
20. fin-Newrokirurġija teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
21. fl-Ostetriċja u Ġinekoloġija teħtieġ CCBST fl-Ostetriċja u Ġinekoloġija jew ekwivalenti; .
22. fil-Kirurġija Ortopedika teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
23. fil-Pedjatrija teħtieġ CCBST fil-Pedjatrija jew ekwivalenti;
24. fil-Pedjatrija b'interess speċjali fil-Gastroenteroloġija Pedjatrika teħtieġ CCBST fil-Pedjatrija jew ekwivalenti;
25. fil-Pedjatrija b'interess speċjali fin-Nefroloġija Pedjatrika teħtieġ CCBST fil-Pedjatrija jew ekwivalenti;
26. fil-Pedjatrija b'interess speċjali fin-Newroloġija Pedjatrika teħtieġ CCBST fil-Pedjatrija jew ekwivalenti;
27. fil-Pedjatrija b'interess speċjali fl-Onkoloġija Pedjatrika teħtieġ CCBST fil-Pedjatrija jew ekwivalenti;
28. fil-Kirurġija Pedjatrika teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
29. fil-Mediċina Paljattiva teħtieġ jew CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti jew CCBST fl-Anestesija u l-Kura Intensiva jew ekwivalenti jew CCST tal-Mediċina tal-Familja jew ekwivalenti;
30.  fil-Kirurġija Plastika teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
31. fil-Psikjatrija teħtieġ CCBST fil-Psikjatrija jew ekwivalenti;
32. fil-Mediċina għas-Saħħa Pubblika teħtieġ CCBST fil-Mediċina għas-Saħħa Pubblika jew ekwivalenti;
33. fir-Radjoloġija teħtieġ CCBST fir-Radjoloġija jew edwivalenti;
34. fil-Mediċina tar-Rijabilitazzjoni teħtieġ CCBST jew fil-Mediċina Ġeneral/Interna jew CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
35. fil-Mediċina Respiratorja u Mediċina Ġenerali/Interna  teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
36. fir-Rumatoloġija u Mediċina Ġenerali/Interna teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
37. fl-Uroloġija teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
38. fil-Kirurġija Vaskulari teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti.

Hija r-responsabilita' tal-applikanti fil-pussess ta' Ċertifikat ta' Tlestija tal-Basic Specialist Training (CCBST) jew taħriġ ekwivalenti maħruġ minn instituzzjonijiet ta' akkreditazzjoni oħra barra mill-Kumitat dwar l-Approvazzjoni ta' Speċjalisti (SAC) ta' Malta, li juru dikjarazzjoni ta' rikonoxximent dwar il-komparabilita' ta' ċertifikazzjoni ta' tlestija tal-Basic Specialist Training, liema dikjarazzjoni tkun trid tiġi mehmuża mal-applikazzjoni, bl-oriġinali tintwera waqt l-intervista. Kandidati mhux fil-pussess tad-dikjarazzjoni meħtieġa xorta jkunu jistgħu japplikaw, dment li jibagħtu kopja tad-dikjarazzjoni, maħruġa mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti (SAC) ta' Malta, lid-Diviżjoni riċeventi kif tkun għad-dispożizzjoni tagħhom u, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet lil 'hinn mill-kontroll tagħhom, jistgħu jitolbu għal estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien, sa xahar (1) ieħor lill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b'mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien. Estensjonijiet lil' hinn minn dan il-perjodu għandhom jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Fil-każ tal-Mediċina Paljattiva, hija r-responsabilita' tal-applikanti fil-pussess ta' Ċertifikat ta' Tlestija tat-Taħriġ Speċjaliżżat (CCST) fil-Mediċina tal-Familja jew taħriġ ekwivalenti maħruġ minn instituzzjonijiet ta' akkreditazzjoni oħra barra mill-Kumitat dwar l-Approvazzjoni ta' Speċjalisti (SAC) ta' Malta, li jippreżentaw dikjarazzjoni ta' rikonoxximent dwar il-komparabilita' ta' ċertifikazzjoni ta' tlestija tal-iSpecialist Training fil-Mediċina tal-Familja, jekk l-applikant se japplika b'din iċ-ċertifikazzjoni, liema dikjarazzjoni tkun trid tiġi mehmuża mal-applikazzjoni bl-oriġinali tintwera waqt l-intervista. Kandidati mhux fil-pussess tad-dikjarazzjoni meħtieġa xorta jkunu jistgħu japplikaw, dment li jibagħtu kopja tad-dikjarazzjoni, maħruġa mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti (SAC) ta' Malta, lid-Diviżjoni riċeventi kif tkun għad-dispożizzjoni tagħhom u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw id-dikjarazzjoni meħtieġa fi zmien xahar għal raġunijiet lil 'hinn mill-kontroll tagħhom, jistgħu jitolbu għal estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien, sa xahar (1) ieħor lill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b'mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien. Estensjonijiet lil 'hinn minn dan il-perjodu għandhom jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Qed jiġi kkkjarifikat li sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2025, l-applikanti għandhom ikollhom ir-rekwiżiti kollha msemmija hawn fuq, li jridu fi kwalunkwe każ jinkisbu qabel il-ħatra.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.

Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.

5.2  L-applikanti jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f' din il-pożizzjoni, skont 5.1 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet iżda wkoll fid-data tal-ħatra.



Ministry / Department :

 Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva

Contact Persons :

 Ms Maureen Mahoney, Direttur Ġenerali (People Management)

Address :

 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171

Telephone :

 +356 22992604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.