Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Annex A Eng/MT |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Din is-sejħa qed tieħu post is-sejħa ta' Operative III (Motor Transport Driver) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi ud-Djalogu Soċjali) ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 21,410 datata 21 ta' Marzu 2025. Applikanti li diġa' applikaw fit-termini tal-imsemmija sejħa m'għandhomx għalfejn jerġghu japplikaw.
1. Is-Segretarju Permanenti, Uffiċċju tal-Prim Ministru (Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali) jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Operative III (Motor Transport Driver) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministur (Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali).
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.
2.2 Is-salarju ta’ Operative III (Motor Transport Driver) huwa ta’ Skala ta' Salarju 17, li fis-sena 2025 huwa ta’ €15,597.00 fis-sena, li jiżdied b’€244.00 fis-sena sa massimu ta’ €17,061.00.
2.3 Persuna fil-grad ta’ Operative III (Motor Transport Driver) titla’ fi Skala ta' Salarju 16 (€16,915.00 x €263.00 - €18,493.00) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.4 Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għall-ħlas ta' class allowance annwali ta' €650.
Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u suħħetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Unions kompetenti.
2.5 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta' kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandhom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorita' kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjnijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi zmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifka tal-ħatra.
2.6 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Operative III (Motor Transport Driver) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
- kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija kif ukoll dik Ingliża; u
iii. fil-pussess tagħhom liċenzja tas-sewqan valida f'kategorija B; u
iv. fil-pussess tagħhom Ċertifikat ta' Kompetenza Professjonali (Driver CPC); u
v. Tingħata kunsiderazzjoni lil dawk l-applikanti li m'ghandhomx fil-pussess tagħhom is-SCPC msemmi f'(iv) hawn fuq imma għandha tinkiseb sakemm jintemm il-perjodu ta' prova.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.4 Din is-sejħa pubblika qed tiġi ppublikata fl-istess waqt ma' sejħa għas-servizz kollu għall-post ta' Operative III (Motor Transport Driver) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali) ta' nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Marzu 2025 permezz taċ-Ċirkulari numru HR/OPM-EES/7/2025. Applikanti li jgħaddu taħt is-sejħa għas-servizz kollu jingħataw preċedenza fuq dawk li jgħaddu taħt is-sejħa pubblika. Barra minn hekk, persuna tista' tigħ kkunsidrata għall-ħatra biss jekk ikun hemm post vakanti fi żmien tal-validita' tar-riżultat.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Direttorat għas-Servizzi Korporattivi |
Contact Persons : | Matthew Cassar |
Address : | 280 Livell Nru 2 Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta |
Telephone : | 25552124 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.