Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | HR MFH Professional Portfolio |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għal Serving Deputy Charge Nurses biex jiġu promossi għall-grad ta’ Charge Nurse fis-Servizz Pubbliku ta' Malta.
Salarju
2.1. Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).
2.2 Jekk tirnexxi b’suċċess fil-portfolio bil-miktub, is-salarju ta’ Charge Nurse huwa ta’ Skala ta' Salarju 6, li fissena 2020 huwa €26,543 li jiżdied b’€596.33 fis-sena sa massimu ta’ €30,121 fis-sena.
2.3 Persuna fil-ħatra ta’ Charge Nurse tirċievi allowance ta' €500 fis-sena għal kwalunkwe dmirijiet addizzjonali li għandu x'jaqsam maż-żona klinika immedjata li tkun assenjata għaliha kif mitlub mill-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien. Din l-allowance titħallas f’żewġ pagamenti indaqs kull sena.
2.4 Persuna fil-ħatra ta’ Charge Nurse tibbenefika minn Performance Management Allowance annwali fissa ta’ €300 u allowance relatata mal-performance sa massimu ta’ €1,200 suġġetta għall-prestazzjoni sodisfaċenti.
2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra li jistgħu jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
Dmirijiet
3.1 Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Charge Nurse jinkludu:
i. tassumi responsabbiltà kontinwa fit-tmexxija tal-qasam kliniku speċifikat;
ii. tissorvelja lid-Deputy Charge Nurse u tiddelega kif meħtieġ;
iii. tassigura tmexxija effettiva ta’ kuljum tas-sala li jinkludi l-imħażen, il-provvisti, ir-rekwiżizzjonijiet ġodda u oġġetti ta’ sostituzzjoni;
iv. tassigura li l-impjegati taħt ir-responsabbilità tagħha jaħdmu fil-konfini tal-responsabilità professjonali hekk definit mill-job description tagħhom u kif definit fil-Kodici tal-Kondotta Professjonali;
v. ikunu responsabbli għas-sigurtà tal-klijenti u l-impjegati f’kull ħin u tassigura li kull inċidenti relatat mas-sigurtà jiġu rrappurtati kif meħtieġ;
vi. tagħmel użu mis-sistemi tat-Teknoloġija tal-Informatika li jkunu qed jintużaw fil-Ministeru fejn wieħed ikun assenjat dmirijiet;
vii. taqdi dmirjiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta mal-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171, li jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq [email protected].
3.2 Persuni maħtura jieħdu posthom fil-Ministeru skont il-post kurrenti tagħhom attwali tagħhom u l-ittri tal-ħatra jinħarġu mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv.
Eliġibbiltà
4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku li:
a) huma serving officers fil-grad ta’ Deputy Charge Nurse (Skala ta' Salarju 7) fid-data tal-iffirmar tal-ftehim (22 ta’ Novembru 2018) bejn il-Gvern ta’ Malta u Unjin tal—Qwiebel u Nfermiera ta’ Malta (MUMN) u li mill-1 ta’ Jannar 2020 għandhom aktar minn sitt (6) snin ekwivalenza full-time ta’ servizz fil-grad ta' Deputy Charge Nurse u / jew Deputy Nursing Officer;
U
b) jissottomettu portfolio professjonali miktub skond id-dokument mehmuż.
4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba.
Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.4. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.5. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Health |
Contact Person : | Maureen Mahoney |
Address : | Director General (People Management) Ministry for Health, Palazzo Castellania, 15, Merchants Street, Valletta, VLT 1171. |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.