Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Manager (Trasport u Loġistika)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 06/03/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 06/03/2020 14:00
    Data tal-għeluq: 23/03/2020 12:00
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Manager (Trasport u Loġistika) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.

Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati iridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut tas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra,

Is-salarju ta’ Senior Manager (Trasport u Loġistika) huwa ta’ Skala ta' Salarju 5, li fl-2020 huwa ta’ €28,326 fis-sena, li jiżdied b’ €640.67 fis-sena sa massimu ta’ €32,170.

Il-kandidati magħżula jkunu wkoll intitolati għall-ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

Ġaladarba jiġi appuntat għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-kandidat maħtur jiġi rikjest biex jirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni oħra li attwalment il-proċess tagħha fi ħdan is-Servizz Pubbliku għadu għaddej u li dakinhar tad-data tal-ħatra jkun għadu pendenti, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjoniet tas-SAAC (li tinkludi ukoll l-Assistenti Diretturi).

Applikazzjonijiet laterali minn Uffiċjali Pubbliċi, li diġà għandhom ħatra fl-istess grad imsemmi f’din is-sejħa, huma aċċettati biss bil-kundizzjoni li l-ispeċjalizzazzjoni marbuta ma’ din il-vakanza hija differenti minn dik relatata mal-ħatra kurrenti tal-applikanti u liema vakanza tirrikjedi kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit tal-eliġibbiltà, li l-applikant huwa mistenni li jissodisfa.

Mhux ser ikun possibbli li jintalab transfer qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra.  Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet x’imkien ieħor fil-qasam tat-Trasport u Loġistika, suġġett għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti u l-esiġenzi tal-Maniġment.

  1. Il-kandidati magħżula iridu jservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjonijiet tas-SAAC (li tinkludi ukoll l-Assistenti Diretturi).

Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

Id-dmirijiet ta' Senior Manager (Trasport u Loġistika) jinkludu li:

  1. Tmexxi u tagħti pariri lid-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni) dwar appoġġ loġistiku u trasport;

  2. Tassisti u tagħti pariri lid-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni) fir-rigward taż-żamma u l-manutenzjoni ta' assi mobbli u immobbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inklużi binjiet li jaqgħu taħt l-kappa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru;

  3. Tassisti lid-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni) fi proġetti kbar fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u żżomm rapport mill-qrib ma' Ministeri oħra fejn huma kkonċernati l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' tali proġetti;

  4. Tagħmel abbozzar ta' kuntratti ma' kuntratturi għal servizzi provduti għall-bini amministrat, kif ukoll tagħmel ġestjoni ta' programm ta' servizz għal-lifts, bibien tal-ħġieġ u air conditioners fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru;

  5. Tiżgura konformità mar-Regolamenti tas-Saħħa u s-Sigurtà fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u tassisti lid-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni) fuq kull kwistjoni relatata mas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fid-Direttorat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni;

  6. Tagħmel ġestjoni tal-flotta tal-karozzi fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bil-kunċett li timxi lejn ambjent aktar ekoloġiku, u li żżomm rapport mill-qrib mal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, filwaqt li tiżgura manutenzjoni xierqa u ħtiġijiet oħra fir-rigward tal-flotta ta' vetturi, inklużi l-kiri ta' vetturi, u konformità mas-sistema tal-Fleetweb;
  7. Tassisti fil-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-akkwist tad-Dipartiment rispettiv;

  8. Tassisti u tissorvelja s-Sistemi ta' Kontroll tal-Aċċess operata fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru;

  9. Tipprovdi sapport fir-rigward tal-akkoljenza ta' funzjonijiet tal-Istat u attivitajiet uffiċjali oħra;

  10. Taġġorna d-Database tal-Inventarju Dipartimentali tad-Direttorat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni u oqsma oħra kif ordnat mid-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni);

  11. Timmaniġġja s-sezzjonijiet li jinkludu messaġġiera, tindif u manutenzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u timmaniġġja ż-żona ta' akkoljenza fil-Berġa ta' Kastilja, billi tiżgura li l-livell meħtieġ ta' servizz jiġi pprovdut;

  12. Tamministra ż-żoni ta' parkeġġ taħt il-kappa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru;

  13. Tagħmel superviżjoni mill-qrib tat-Taqsima tar-Registry fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li tiżgura operat effettiv u effiċjenti, waqt li tipprovdi sorveljanza diretta lill-persunal tar-Registry, fejn meħtieġ;

  14. Tissorvelja u żżomm kuntatt mal-Uffiċjal inkarigat mit-taqsima tar-Registry u l-Uffiċjal tar-Rekords assenjat lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar kwistjonijiet li għandhom x' jaqsmu mat-Taqsima tar-Registry;

  15. Tiżgura l-implimentazzjoni b' suċċess tal-file retention policy fit-Taqsima tar-Registry;

  16. Tirrapreżenta lid-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni) fil-kumitati u laqgħat oħra kif meħtieġ;

  17. Tassisti u tikkollabora mad-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni) jew is-superjuri tiegħu/tagħha fi kwalunkwe dmirijiet amministrattivi oħra kif meħtieġ; u

  18. Twettaq dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku kif ordnat mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Eliġibbiltà

Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

    1. ċittadini ta’ Malta; jew

    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew

    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew

    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew

    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża;

U

  1. ikollhom kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti, rigward korsijiet li bdew minn Ottubru 2008), fil-Loġistika u Trasport jew Customer Care jew Loġistika jew Amministrazzjoni Pubblika jew Public Management jew Business jew Event Management jew Turiżmu jew Project Management jew Management Studies jew Studji Ewropej jew Business Administration jew Kreattivita' u Innovazzjoni jew Statistika jew Geographical Information Systems (GIS) jew Ġeografija jew Quality Assurance Management jew Marketing jew Spatial Training jew Risk Management jew kwalifika professjonali komparabbli.

U

  1. ikollhom ħames (5) snin esperjenza maniġerjali relevanti fi Skala 7 jew ogħla.  Esperjenza oħra maniġerjali li l-impjegat jista’ jkollu, tista’ tiġi kkunsidrata mill-Amministrazzjoni, liema esperjenza għandha tkun ippruvata b’evidenza rilevanti;
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija fil-paragrafu 4.1 iii) jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Ministry / Department :
HR Branch, Finance & Administration Directorate, Office of the Prime Minister
Contact Persons :
Maryanne Xuereb, Romina Brincat, Eloise Magro
Address :
Auberge de Castille, St Paul’s Street, Valletta
Telephone :
22001010, 22001016, 22001011
Email address :

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.