Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jilqa’ applikazzjonijiet għall-Post ta’ Practice Nurse (Diabetes) fl-Anzjanità Attiva u kura fil-Kommunità fl-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ Sena (1).
2.2 Is-salarju ta’ Practice Nurse huwa ta’ Skala ta' Salarju 6, li fis-sena 2026 huwa ta’ €33,931.02 fis-sena, li jiżdied b’€596.33 fis-sena sa massimu ta’ €37,509.00.
2.3 Persuna fil-ħatra ta' Practice Nurse (Skala Salarju 6) tkun intitolata li tirċievi training allowance ta' €1,500 fissena. Din it-training allowance titħallas f'żewġ pagamenti indaqs kull sena.
2.4 Practice Nurse fi Skala ta' Salarju 6 b'ħames (5) snin esperjenza fil-grad ta' Practice Nurse tkun intitolata li tirċievi allowance ta’ taħriġ annwali ta’ €2,500
2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra u suċċetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
2.6 Persuna maħtura tkun meħtieġa twettaq dmirijiet fi ħdan l-istess entità għal perjodu ta’ tliet (3) snin mid-data tal-ħatra.
2.7 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3.1 Id-dmirijiet dettaljati għal dan il-post ta’ Practice Nurse (Diabetes) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
3.2 Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Management
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.
i (a): iridu jkunu profiċjenti fil-Lingwa Maltija. Kandidati li ma jitkellmux bil-Malti xorta se jiġu kkunsidrati bil-kundizzjoni li jkollhom l-Award fil-Malti Mediku għall-Ħaddiema Kliniċi - Livell 2, ipprovdut minn Jobsplus, il-Malti Mediku għall-Professjonisti tal-Kura tas-Saħħa - Livell 2 jew il-Lingwa Maltija SEC O'level fil-grad 5 jew aħjar, ipprovdut mill-Università ta' Malta. Jekk il-kandidat jinħatar mingħajr ma jkollu xi wieħed minn dawn l-Awards/ċertifikati, il-persuna maħtura trid tgħaddi b'suċċess mill-kors qabel il-konferma tal-ħatra, li hija fi żmien sena (1) mill-ħatra. Jekk dan ma jsirx, il-ħatra tiġi revokata. Kwalunkwe ħlas relatat tal-kors u tal-valutazzjoni għandu jitħallas mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, spejjeż bħal dawn jistgħu jittalbu permezz tal-Iskema ta' Żvilupp Professjonali Kontinwu (CPD).
U
ii. (b) profiċjenti fil-lingwa Ingliża;
Billi
- jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja fin-Nursing ġiet segwita billingwa Ingliża;
JEW
- jipprovdu, sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (international English Language Testing System) ta' band score medju ta' 6 jew ogħla f'dominji ta' komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta' band score medju ta' 6) eż. GCSE / Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT) : 60-80, CEFR : B2 jkunu wkoll aċċettati;
JEW
- billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta' xogħol iċċertifikata full-time bħala Nursing rreġistrata fir-Renju Unit jew l-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellem l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa llingwa primarja u/jew uffiċjali.
U
L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-eliġibbilita’ l-oħra kollha. Dawn l-uffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew kellhom il-grad ta’: -
C) Charge Nurse fi Skala ta’ Salarju 6;
JEW
D) Senior Staff Nurses fi Skala ta’ Salarju 8 jew Skala ta’ Salarju 7 b’aggregat ta’ ħames (5) snin servizz sodisfaċenti fil-grad, inkluż servizz temporanju jew każwali;
JEW
E) Staff Nurses fi Skala ta’ Salarju 8.
U
ii a) Fil-pussess ta’ PhD speċifiku u rikonoxxut fil-Livell 8 tal-MQF;
JEW
ii b) Fil-pussess ta' Postgraduate Master's rikonoxxut u speċifika fil-Livell MQF 7 (suġġett għal minimu ta' 90 kreditu ECTS jew ekwivalenti*) jew ogħla;
JEW
ii c) Fil-pussess ta’ diploma ta’ Postgraduate rikonoxxuta u speċifika fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 60 kreditu ECTS jew ekwivalenti*);
*Kwalifiki ta’ Masters rikonoxxuti b’minimu ta’ 60 kreditu ECTS hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għaddispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 kreditu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew mill-Università ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 kredtu ECTS.
Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jiksbu, jew jiġu approvati, għall-għoti ta’ tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk din l-iskadenza stipulata għall-kisba ta’ tali kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi terminata awtomatikament.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
4.5 Jekk l-ebda kandidat ma jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà permezz ta' din is-sejħa minħabba nuqqas ta' kwalifiki speċifiċi, tinħareġ sejħa sussegwenti, iżda din id-darba titlob espliċitament kwalifika rilevanti fil-Livell 7 tal-MQF għall-kariga. Il-kandidati magħżula bi kwalifika rilevanti fil-Livell 7 tal-MQF għandhom jiksbu l-ammont ta' 60 ECTS fil-qasam speċifiku mitlub fis-sejħa rispettiva għall-applikazzjoni, fi żmien sentejn (2) mid-data tal-ħatra kif deskritt fil-ftehim settorjali.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Direttorat tal-People Management Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa |
Contact Persons : | Dr. Renzo De Gabriele Segretarju Permanenti |
Address : | 15, Palazzo Castellania Triq Merkanti, Valletta, VLT1171 |
Telephone : | +356 2299 2604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.