Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A - Dmirijiet / Duties |
| Ara d-dokument | Avviż ta' Emenda |
| Ara d-dokument | Amendment Notice |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1.1 Is-Segretarju Permanenti (Nies u Standards), Uffiċċju tal-Prim Ministru tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Information and Communications Technology (ICT) Executive fis-Servizz Pubbliku ta' Malta.
1.2 Il-persuni maħtura jistgħu jiġu assenjati f'dawn il-Ministeri skont il-postijiet vakanti eżistenti: Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM); Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa (ODPM); Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet (MAL); Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi (METP); Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat (MIV); Ministeru għal Għawdex (MFG); Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport (MES); Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (MEER); Ministeru għall-Finanzi (MFF); Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol (MIPE); Ministeru għall-Mobbilta' Sostenibbli (MSM); Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej (MFEA); Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi (MLGP); Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur (MFDC); Ministeru għall-Intern u s-Sigurta' (MHS); Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali (MACH); Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Impementazzjoni tal-Programm Elettorali (MYWI); u Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili (MER). L-applikanti għandhom jindikaw l-ewwel u t-tieni preferenza tagħhom fl-applikazzjoni tagħhom.
Impjiegi Provduti
Pożizzjoni
Qasam
Skala
ICT Executive
OPM
5
ICT Executive
ODPM
5
ICT Executive
MAL
5
ICT Executive
METP
5
ICT Executive
MIV
5
ICT Executive
MFG
5
ICT Executive
MES
5
ICT Executive
MEER
5
ICT Executive
MFF
5
ICT Executive
MIPE
5
ICT Executive
MSM
5
ICT Executive
MFEA
5
ICT Executive
MLGP
5
ICT Executive
MFDC
5
ICT Executive
MHS
5
ICT Executive
MACH
5
ICT Executive
MYWI
5
ICT Executive
MER
5
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax-il (12) xahar.
2.2 Is-salarju ta’ Information and Communications Technology (ICT) Executive huwa ta’ Skala ta' Salarju 5, li fis-sena 2026 huwa ta’ €35,837.98 fis-sena, li jiżdied b’€640.67 fis-sena sa massimu ta’ €39,682.00.
2.3 Persuna fil-grad ta’ Information and Communications Technology (ICT) Executive tkun intitolata wkoll għal Performance Bonus annwali sa massimu ta' 15% tas-salarju bażiku tagħha.
2.4 Il-persuna maħtura tkun intitolata wkoll għal communication allowance annwali ta' €1,600; class allowance annwali ta' €9,000; projects allowance annwali li tvarja bejn €1,500 u sa 6% tas-salarju bażiku; u supplementary allowance annwali ta' 10% tas-salarju bażiku li tiżdied għal 15% tas-salarju bażiku f'każ ta' Information and Communications Technology (ICT) Executives li għandhom mill-inqas għaxar (10) snin servizz f'ambjent matur tal-ICT fl-Amministrazzjoni Pubblika.
2.6 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
a. Il-kandidat/i magħżul/a jkun/u meħtieġ/a jimla/jimlew id-Dikjarazzjoni disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn), peress li din il-kariga/pożizzjoni hija fi skala ta’ salaraju 5 jew ogħla.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Information and Communications Technology (ICT) Executive jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.
Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:
(i) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
U
(ii) a. fil-pussess ta' kwalifika Masters rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 90 krettu ECTS jew ekwivalenti*) fl-ICT u/jew Management jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli, flimkien ma' tliet (3) snin esperjenza ta' xoghol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT;
*Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta b'minimu ta' 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta mill-Universita' ta' Malta (mogħtija qabel l-2009) b'inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita' ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli ma' mill-inqas 60 krettu ECTS.
JEW
(ii) b. fil-pussess ta' kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta fil-livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fl-ICT u/jew Management jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli, flimkien ma' ħames (5) snin esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT;
*Kwalifika ta' Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita' ta' Malta (mogħtija qabel l-2009) b'inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita' ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta' 180 krettu ECTS.
JEW
(ii) c. fi Skala ta' Salarju mhux inqas minn skala 9, flimkien ta' tmien (8) snin esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT.
U
(iii) ikun temm b'suċċess il-programm Entry to Senior Management Level Programme (Management Toolkit).
Korsijiet qosra li jwasslu għal awards, b’differenza mill-kwalifiki, ma jkollhomx in-numru meħtieġ ta’ kretti ECTS fil-livell tal-MQF rispettiv u, għalhekk, ma jiġux ikkunsidrati għal finijiet ta’ eleġibilità.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafi 4.1 (ii) (a) u 4.1 (ii) (b) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika minima ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi revokata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Office of the Prime Minister - People and Standards Division |
Contact Persons : | Ms Marlene Debattista / Ms Silvana Portelli |
Address : | 3, Castille Place, Valletta |
Telephone : | 2200 3644 / 2200 1324 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.