Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Health Carer

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/ODPM/1/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 05/06/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 19/06/2026 13:30
    Ministeru: Uffiċċju tad-deputat tal-Prim Ministru u l-Ministeru tas-saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), fl-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-Post ta’ Senior Health Carer fl-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa.

2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta' prpbation/prova ta' sitt (6) xhur, li jista' jiġi estiż aktar skont il-ħtieġa, iżda sa total ta' mhux aktar minn erbgħa u għoxrin (24) xahar apparti l-perjodu ta' probation/prova oriġinali.

2.2 Ir-riżultat huwa validu għal sena kalendarja (1) mid-data tal-pubblikazzjoni oriġinali.

2.3 Is-salarju għall-Post ta' Senior Health Carer huwa Skala tas-Salarju 12, li fis-sena 2026 huwa ekwivalenti għal €23,816.00 fis-sena, li jiżdied b'żidiet annwali ta' €354.00 sa massimu ta' €25,940.00.

2.4 Senior Health Carer jkun intitolat għal allowance annwali komprensiva ta' €4,290 fis-sena.

2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra li jistgħu jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti

2.6 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-Post ta’ Senior Health Carer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

(i) kapaċi jikkomunikaw fil-Malti u l-Ingliz sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret lapplikazzjoni.

L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’  l-eliġibbilita’ l-oħra kollha.  Dawn l-uffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew kellhom il-grad ta’: -

ii A) Health Carers II

U

ii B)  fil-pussess ta' Ċertifikat akkreditat rilevanti tal-MQF Livell 4 b'mhux anqas minn 14 il- kreditu ECTS/ECVET kif determinat mill-maniġment minn żmien għal żmien

JEW

ii C) fil-pussess ta' Ċertifikat tal-Trades Testing rilevanti maħruġ minn Jobs Plus

Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Il-kandidati jridu jiksbu jew jiġu approvati għall-għoti taċ-ċertifikat kif stipulat fil-Klawżola 4.1 (ii) jew 4.1 (iii) fi żmien il-perjodu ta' validità tar-riżultat. Il-kandidati mhux se jiġu kkunsidrati għall-ħatra jekk din l-iskadenza stipulata għall-kisba ta' tali ċertifikat akkreditat ma tintlaħaqx. Il-perjodu ta' validità tar-riżultat huwa kif speċifikat fil-klawżola 2.2.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 
L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 

Ministry / Department :

Diviżjoni tal-People Management

Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa

Contact Persons :

Ms. Maureen Mahoney

Direttur Ġenerali (People Management)

Address :

15, Palazzo Castellania

Triq Merkanti,

Valletta VLT1171

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.