Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Kap ta' Dipartiment (Inklużjoni)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MES 04/2026


    Departmental  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali Tagħlim u Edukazzjoni
    Data ppubblikata: 03/07/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 20/07/2026 13:30
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A 
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport (MES) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal mhuwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MES jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).



1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport (MES) jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Kap ta' Dipartiment (Inklużjoni) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport.

2.1. Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax (12)-il xahar.

2.2. Is-salarju ta’ Kap ta' Dipartiment huwa ta’ Skala ta' Salarju 6, li fis-sena 2026 huwa ta’ €33,931.02 fis-sena, li jiżdied b’ €596.33 fis-sena sa massimu ta’ €37,509.00.

2.3. Kap ta' Dipartiment fi Skala ta' Salarju 6 b' għoxrin (20) sena skolastika esperjenza ta' tagħlim, li ħames (5) snin minnhom ikunu servizz fil-grad ta' Kap ta' Dipartiment, jitla’ għall-Kap ta' Dipartiment fi Skala ta' Salarju 5, li fis-sena 2026 huwa ta' €35,837.98 fis-sena, li jiżdied b' €640.67 fis-sena sa massimu ta' €39,682.00. Kull sena skolastika ta' esperjenza ta' tagħlim bħala Għalliem Supplimentari tgħodd għas-snin talprogressjoni kif rikjest f'din il-klawsola.

2.4. Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal kundizzjonijiet u obbligi oħra kif jistgħu jkunu stipulati fil-Ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers (MUT) kif iffirmat fil-15 ta’ Lulju 2024.
2.5. Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 
​​
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Kap ta' Dipartiment jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 



Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku, li huma: 

i. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwi tal-Malti u l-Ingliż sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni; u 

ii. l-ħatra preżenti tagħhom ġiet ikkonfermata fil-grad ta' Għalliem/a u għandhom Warrant Permanenti ta' Għalliem/a; u

(a) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta (Degree) fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 ECTS krettu, jew ekwivalenti*) jew ogħla, fl-Inclusive Education jew kwalifika komparabbli maħruġa minn istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja rikonoxxuta kif suppost mill-Awtoritajiet tal-Edukazzjoni; u

(b) għandhom mhux anqas minn għaxar (10) snin skolastiċi esperjenza ta’ tagħlim fi skola liċenzjata, jew f’istituzzjoni edukattiva stabbilita taħt l-Att dwar l-Edukazzjoni (Kapt. 327) jew kwalunkwe liġi oħra li tirregola s-settur tal-Edukazzjoni f’Malta, li mill-anqas, l-aħħar ħames (5) snin iridu jkunu fi skola statali; is-snin ta’ esperjenza bħala Kap ta’ Dipartiment f'oqsma oħra għandhom jitqiesu bħala parti mis-snin meħtieġa ta’ esperjenza fit-tagħlim għall-finijiet ta’ eliġibbiltà kif deskritt f’din il-klawżola.

JEW

iii. l-ħatra preżenti tagħhom ġiet ikkonfermata fil-grad ta’ Learning Support Educator; u 

(a) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 ECTS krettu, jew ekwivalenti*) fl-Inclusive Education jew qasam relatat jew kwalifika ogħla; u

(b) għandhom mhux anqas minn tlettax–il sena (13) skolastiċi jwettqu dmirijiet ta’ Learning Support Educator fi skola liċenzjata, jew f’istituzzjoni edukattiva stabbilita taħt l-Att dwar l-Edukazzjoni (Kapt. 327) jew kwalunkwe liġi oħra li tirregola s-settur tal-Edukazzjoni f’Malta.

Kif tipprovdi l-klawsola 34(2) tal-Ftehim Settorjali bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Malta Union of Teachers iffirmat fil-15 ta’ Lulju 2024, Instructors li kisbu l-grad ta’ Għalliem (Personal Basis) u li jissodissfaw il-kriterji ta’ eliġibilita’ imsemmijja f’paragrafu 4.1 (i), (ii) u (iii) hawn fuq, jitqiesu eliġibbli ukoll. Qed ikun iċċarat li s-snin ta’ esperjenza fittagħlim fil-grad ta’ Instructor jitqiesu bħala snin ta’esperjenza fit-tagħlim għal fini ta’ paragrafu 4.1 (ii) (b) u (iii) (b) hawn fuq.

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 180 ECTS krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).


Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.


4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3. Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4. (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 

Ministry / Department :

Ministry for Education and Sport

Contact Persons :

Edu Servizz.gov

Address :

Great Siege Road,Floriana,VLT2000

Telephone :

2598 0000

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.