Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id- Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, tilqa applikazzjonijiet għall-Post ta’ Dental Surgery Assistant fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.
2.2 Is-salarju ta’ Dental Surgery Assistant (Livell 4 tal-MQF) huwa ta’ Skala ta' Salarju 13, li fis-sena 2026 huwa ta’ €22,217.00 fis-sena, li jiżdied b’€335.50 fis-sena sa massimu ta’ €24,230.00
2.3 Persuna fil-grad ta’ Dental Surgery Assistant titla’ fi Skala ta' Salarju 12 (€23,816.00 x €354 - €25,940.00) wara ħames (5) snin servizz filgrad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.4 Is-salarju għall-post ta' Dental Surgery Assistant (Livell 5 tal-MQF) fi Skala ta' Salarju 12 , li fis-sena 2026 huwa ta' €23,816.00 fis-sena, li jiżdied b'€354 sa massimu ta' €25,940.00.
2.5 Persuna fil-grad ta' Dental Surgery Assistant fi Skala ta' Salarju 12, f'pussess ta' kwalifika fil-Livell 5 tal-MQF tiġi promossa għall-grad ta' Senior Dental Surgery Assistant fi Skala ta Salarju 10 (€27,055.98 x €407.67 - €29,502.00) wara ħames (5) snin servizz fil-grad ta' Dental Surgery Assistant fi Skala ta' Salarju 12, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.6 Persuna maħtura tkun intitolata għal benefiċċji oħra bħal dawn u soġġetta għal kundizzjonijiet u obbligi oħra bħal dawn kif jistgħu jiġu stipulati fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
2.7 Il-kandidati magħżula jridu jkunu ta’ kondotta xierqa għall-kariga/pożizzjoni li għaliha qed tapplika. Qabel il-ħatra, il-kandidati magħżula minn barra s-Servizz Pubbliku jridu jippreżentaw Ċertifikat ta’ Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux qabel sitt (6) xhur mid-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-kandidat magħżul fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.
2.8 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3.1 Id-dmirijiet għal din il-Post ta’ Dental Surgery Assistant jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. (a) profiċenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li m'humiex profiċenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma għandhom jipprovdu evidenza ta' profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma filħatra li hi fi żmien sena mill-ingaġġ, billi jgħaddu b'suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 tal-Universita' ta' Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa lCourse in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti talUniversita' ta' Malta. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jiġu applikati biex jitħallsu lura permezz tal-iSkema talContinuous Professional Development (CPD).
U
ii (b) profiċjenti fil-lingwa Ingliża;
Billi
- jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;
JEW
- jipprovdu sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (International English Language Testing System) ta' band score medju ta' 6 jew ogħla f'dominji ta' komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta' band score medju ta' 6) eż. GCSE / Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT): 60-80, CEFR: B2 jkunu aċċettati;
JEW
- jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta' xogħol iċċertifikata full-time bħala Dental Surgery Assistant rreġistrata fir-Renju Unit jew fl-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellmu l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa llingwa primarja u / jew uffiċjali.
U
iii. fil-pussess ta' Diploma mill-MCAST fil-Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 120 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) għal Dental Surgery Assistants jew kwalifika ohra komparabbli minn istituzzjoni rikonoxxuta;
JEW
iv. fil-pussess ta' kwalifika fil-Livell 5 tal-MQF relevanti (suġġett għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) għall-qasam ta' xogħol hekk kif iddeterminat mil-maniġment minn żmien għal żmien.
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma’ Livell 4 tal-MQF b’ minimum ta’ 120 ECTS/ECVET jew ma’ Livell 5 talMQF b’ minimum ta’ 60 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 i. Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (iii) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Diċembru, 2026. Jekk l-iskadenza għallkisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
ii. Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva |
Contact Persons : | Ms. Maureen Mahoney (Direttur Ġenerali, People Management) |
Address : | 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta VLT1171 |
Telephone : | +356 2299 2604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.