Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Chairperson Kliniku (Kura tas-Saħħa Primarja) fil-Kura tas-Saħħa Primarja

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern 09/08/2024


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 09/08/2024 11:00
    Data tal-għeluq: 26/08/2024 13:30
    Ministeru: Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva
    Dipartiment: Primary Health Care

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Duties 

1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Chairperson Kliniku (Kura tas-Saħħa Primarja) fil-Kura tas-Saħħa Primarja, fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.


3. Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Chairperson Kliniku huwa ekwivalenti għal Skala ta’ Salarju 3 li fis-sena 2024 huwa €43,542.00.

Dmirijiet

4.1 Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Chairperson Kliniku (Kura tas-Saħħa Primarja) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

4.2 Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma' din il-pożizzjoni jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171 li jista' jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected].

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliż​a.
5.2 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti aktar minnhekk:

(i) ikollhom isimhom imniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta; jew

(ii) ikunu approvati li isimhom jitniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta; jew

(iii) (a) ikollhom Ċertifikat ta' Tlestija tat-Taħriġ ta' Speċjalist (CCST) maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta għall-ispeċjalita' rilevanti li turi li l-applikant temm tali taħriġ speċjaliżżat li jista' ikun preskritt għall-Mediċina tal-Familja; jew

(b) ikollhom kwalifika ta' speċjalist ekwivalenti għas-CCST għall-Mediċina tal-Familja li tkun maħruġa mill-Awtorita' kompetenti fi stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif imniżżel f'parti 1 (b) tat-Tieni Skeda tal-Atta dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa ta' Malta; jew

(c) ikollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta' speċjalist dment li din tkun akkumpanjata b'dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta, li tiddikjara li l-kwalifiki/ esperjenza huma suffiċjenti sabiex tabib ikun irreġistrat mal-Kunsill Mediku ta' Malta bħala Speċjalist fil-Mediċina tal-Familja

5.3 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom aktar minnhekk ikollhom ħames (5) snin esperjenza full-time bħala Speċjalisti fil-Mediċina tal-Familja. Qed jiġi hawnhekk iċċarat li l-esperjenza ta' speċjalist titqies li ma tibdiex qabel id-data tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta, jew reġistrazzjoni ekwivalenti li tkun maħruġa mill-Awtorita' kompetenti fi stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Qed jiġi ċċarat ukoll aktar minhekk li meta l-esperjenza tkun miksuba fuq bażi part-time jew fuq inqas minn 40 siegħa fil-ġimgħa, din tkun rikonoxxuta fuq bażi prorata.

5.4 L-applikanti magħżula eliġibbli taħt paragrafu 5.2 (iii)(b) u paragrafu 5.2 (iii)(c) hawn fuq iridu jkunu mniżżla fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta u għandhom ukoll ikunu rreġistrati bi sħiħ mal-Kunsill Mediku ta' Malta qabel il-ħatra.

5.5 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' paragrafu 5.2 (iii) (b) u paragrafu 5.2 (iii)(c) hawn fuq iridu jiksbu dikjarazzjoni ta' rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta li tikkonferma li l-kwalifiki tagħhom jistgħu jitqiesu bħala edwivalenti għaċ-Ċertifikat ta' Tlestija tat-Taħriġ ta' Speċjalist (CCST) maħruġ mill-Kumitat għall-Addreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta. F'każ ta' kwalunkwe diffikulta', il-parir tal-Kumitat għall-Addreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta għandu jkun imfittex.

Sabiex tiġi ffaċilitata r-referenza, is-sit ellettroniku tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta jista' jiġi kkonsultat fuq: (https://healthservices.gov.mt/en/regcounc/msac/Pages/msac.aspx).

5.6 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' paragrafu 5.2 (iii)(b) jew paragrafu 5.2 (iii)(c) hawn fuq, u li jkunu meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti kif speċifikat f'paragrafu 5.5 għandhom jinkludu kopja ta' dik id-dikjarazzjoni mal-aplikazzjoni u jippreżentaw l-oriġinali waqt l-intervista. Kandidati mhux fil-pussess ta' din id-dikjarazzjoni meħtieġa xorta jistgħu japplikaw, dment li jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni hekk kif din tkun għad-dispożizzjoni tagħhom u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mid-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien il-perjodu ta' xahar għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom jistgħu jitolbu għal estensjoni ta' din il-limitu ta' żmien sa xahar ieħor mill-Kap tad-Dipartiment li qed tilqa' l-applikazzjonijiet, u jindikaw b'mod ċar ir-raġunijiet għal dan id-dewmien. Talbiet għal estensjoni lil hinn minn dan il-perjodu għandhom jiġu sottomessi għallkonsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.



Ministry / Department :

 Saħħa u Anzjanita' Attiva/ Divizjoni tal-People Management

Contact Persons :

 : Maureen Mahoney, Direttur Ġenerali ( People Management) 

Address :

 15, Triq Merkanti, Valletta VLT1171

Telephone :

  +356 22992609 

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.