Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Psychotherapist/Counsellor

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/OPM 41/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 30/10/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 13/11/2026 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru
    Dipartiment: Diviżjoni dwar Nies u Standards

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A - Psychotherapist/Counsellor_P&SD 
1. Is-Segretarju Permanenti (Nies u Standards), Uffiċċju tal-Prim Ministru tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Psychotherapist/Counsellor fil-Unit tal-Employee Support Programme fi ħdan id-Diviżjoni Nies u Standards fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax (12)-il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Psychotherapist/Counsellor huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fis-sena 2026 huwa ta’ €32,158.00 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €35,345.02.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Psychotherapist/Counsellor titla’ fi Skala ta' Salarju 6 (€33,931.02 x €596.33 - €37,509.00 fl-2026) wara tliet (3) snin servizz fi Skala ta' Salarju 7, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4 Persuni appuntati jkunu intitolati għal benefiċċji oħra u suġġetti għal obligazzjonijiet kif stipulat fil-ftehim settorjali pertinenti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Union kompetenti. 

2.5 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Psychotherapist/Counsellor jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

(i) profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża;

U    

(ii) fil-pussess ta' Degree ta' Masters rikonoxxut fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 90 krettu ECTS, jew ekwivalenti*), fil-Psychotherapy jew Counselling.

*Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta b'minimu ta' 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta mill-Università ta' Malta (mogħtija qabel l-2009) b'inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Università ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli ma' mill-inqas 60 krettu ECTS. 

U

(iii) fil-pussess ta' warrant maħruġa mill-Psychotherapy Profession Board jew mill-Council for the Counselling Professional Board jew kwalunkwe Board rilevanti li l-Union tkun infurmata biha u taqbel fuqha. 

Korsijiet qosra li jwasslu għal awards, b’differenza mill-kwalifiki, ma jkollhomx in-numru meħtieġ ta’ kretti ECTS fil-livell tal-MQF rispettiv u, għalhekk, ma jiġux ikkunsidrati għal finijiet ta’ eleġibilità.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa ta' applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika u warrant fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika minima ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi revokata.

*F’każijiet fejn ikun meħtieġ warrant, il-kandidati li ma jkollhomx warrant jiġu inizjalment maħtura bħala Trainee fil-grad ta’ SS 10, biex iwettqu dmirijiet taħt superviżjoni xierqa. Malli jinkiseb il-warrant, il-persuni maħtura jkunu intitolati għal ħatra fil-grad ta' psychotherapist/Counsellor f'SS 7. 

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 
L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar 'l isfel). 

Ministry / Department :

Sezzjoni Riżorsi Umani, Direttorat Riżorsi Umani, Uffiċċju tal-Prim Ministru

Contact Persons :

Sa Shaznay Fenech

Sa Romina Brincat

Address :

Berġa ta' Kastilja, Valletta

Telephone :

22001067

22001016

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.