Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
| Ara d-dokument | Annex B |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. F’konformità mal-kunċett tal-mobilità tal-impjiegi, li jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim tal-individwu filwaqt li jindirizza l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa qiegħed ifittex li jidentifika Uffiċjali Pubbliċi adatti biex iwettqu dmirijiet kif imsemmija hawn fuq, għal perjodu ta' sentejn (2) li jista' jiġġedded skont il-ħtieġa sakemm jintemm il-proġett.
2. Il-perjodu ta’ assenjazzjoni għandu jitqies bħala “servizz fil-grad” għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul tas-servizz, anzjanità, salarju, progressjoni u, fejn applikabbli, għall-finijiet ta’ pensjoni tat-Teżor. Il-prestazzjoni f’dawn id-dmirijiet tiġi wkoll rikonoxxuta fir-Record of Service (GP47).
Salarju
3.1. Il-kandidati magħżula se jkomplu jirċievu s-salarju tal-grad sostantiv tagħhom għall-perjodu li matulu jkunu assenjati għal kwalunkwe wieħed mid-dmirijiet imsemmija hawn fuq.
3.2. Ix-xogħol kollu jeħtieġ li jsir wara l-ħinijiet normali tax-xogħol.
3.3. L-għadd ta’ sigħat maħduma, u l-post fejn se jsir ix-xogħol, għandhom jiġu stabbiliti bejn il-kandidat magħżul u l-Investigatur Prinċipali. Il-kandidat magħżul ikun meħtieġ jaħdem bejn minimu ta’ 3 sigħat sa massimu ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa, bl-allokazzjoni eżatta determinata mill-Investigatur Prinċipali bbażata fuq ir-rekwiżiti, l-iskadenzi u r-riżultati tal-proġett. Jekk ikunu meħtieġa sigħat addizzjonali biex jintlaħqu r-riżultati tal-proġett, dawn jistgħu jiġu miftiehma mal-Investigatur Prinċipali.
3.4. Il-Kandidat magħżul se jiġi remunerat bir-rata ta’ €42.84 fis-siegħa. Ir-remunerazzjoni tista’ titwaqqaf jekk is-servizzi mogħtija jew ix-xogħol pprovdut ma jilħaqx l-istandard meħtieġ ta’ prestazzjoni u kwalità.
3.5. Il-kandidat magħżul irid jagħmel l-arranġamenti tiegħu/tagħha biex iwettaq dawn id-dmirijiet u huwa wkoll responsabbli biex jikseb l-approvazzjoni tal-Kap tad-Dipartiment tiegħu/tagħha.
3.6 Il-kandidat magħżul għandu, matul il-perjodu kollu tal-assenjazzjoni, jiżgura li jiġi strettament evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess attwali, potenzjali jew perċepit fit-twettiq tad-dmirijiet, f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u ma’ kwalunkwe rekwiżit legali u regolatorju rilevanti ieħor.
3.6 Il-kandidat magħżul għandu, matul il-perjodu kollu tal-assenjazzjoni, jiżgura li jiġi strettament evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess attwali, potenzjali jew perċepit fit-twettiq tad-dmirijiet, f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u ma’ kwalunkwe rekwiżit legali u regolatorju rilevanti ieħor.
Dmirijiet
4. L-uffiċjali eliġibbli huma għalhekk mistiedna jippreżentaw l-espressjoni ta’ interess tagħhom biex jiġu assenjati dmirijiet relatati ma’ waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Id-dmirijiet u r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà huma deskritti fl-Anness “A” sa “B”. L-uffiċjali ssekondati/mislufin/detailed/deployed/on attachment ma’ Organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà meħtieġa, jistgħu japplikaw ukoll.
Eliġibbiltà
5. L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. Il-kandidati magħżula jiġu assenjati fuq dmirijiethom skont l-eżitu ta’ tali valutazzjoni u skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
6. Kull kwalifika u esperjenza dikjarata għandha tkun sostnuta b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu mehmuża mas-sottomissjoni tal-Uffiċjal. Kopji skennjati mibgħuta elettronikament huma aċċettabbli.
6.1 Iċ-ċertifikati u/jew it-testimonjanzi oriġinali jridu jintwerew waqt l-intervista mingħajr ebda eċċezzjoni.
7. Bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-kwalifiki msemmija fil-paragrafi 7.2 u 7.3 hawn taħt, l-applikanti huma meħtieġa li jipproduċu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Awtorita’ Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), li għandha tinkiseb billi tiġi ppreżentata “Applikazzjoni għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki” online fuq (https://mfhea.mt/academic-qualifications/). Din id-dikjarazzjoni għandha tkun mehmuża mal-espressjoni ta’ interess u l-oriġinali ppreżentata fl-intervista.
7.1 Qabel ma jitolbu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent skont il-paragrafu 7.1 ta’ hawn fuq fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom, il-kandidati għandhom l-ewwel jikkonsultaw id-“Database tal-Kwalifiki ta' Malta” ta' l-MQRIC li tista’ tiġi aċċessata minn http://qualifications.ncfhe.gov.mt/#/dashboard. L-applikanti huma eżentati milli jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent kif imsemmi fil-paragrafu 7.1 jekk jippreżentaw kwalifiki elenkati f’din il-lista. Kopja ta’ din il-lista, inkluża l-kwalifika, għandha tiġi ppreżentata mill-applikant.
7.2 Mhumiex meħtieġa dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent mill-MQRIC fir-rigward ta’ kwalifiki maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ akkreditazzjoni ta’ Malta, li huma l-Università ta’ Malta, l-MCAST u l-ITS; jew kwalunkwe kwalifika Maltija li tkun ġiet akkreditata mill- MQRIC , li fuq iċ-ċertifikat tiddikjara: “L-Awtorita' Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tqis dan iċ-ċertifikat bħala MQF ___”.
7.3 Fil-każ ta’ kwalifiki mhux koperti minn 7.2 u 7.3, l-applikanti għandhom jissottomettu d-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent kif deskritta fil-paragrafu 7.1. L-applikanti li ma jkollhomx tali dikjarazzjoni xorta jistgħu jissottomettu espressjoni ta’ interess, sakemm jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni lid-dipartiment/direttorat riċeventi hekk kif tkun disponibbli, u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard minn erba’ (4) xhur mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti jistgħu jiġu vvalutati b’mod proviżorju filwaqt li jkunu għadhom qed jistennew l-ekwivalenza tal-MQRIC tal-kwalifika/i tagħhom. Jekk ir-rapport tal-ekwivalenza jkun fin-negattiv jew ma jiġix ippreżentat fi żmien erba’ (4) xhur mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, tali applikanti jiġu skwalifikati mill-proċess tal-għażla. Barra minn hekk, soġġett għad-disponibbiltà tal-postijiet battala, l-inkarigu tal-assenjament ma jistax jiġi ffirmat qabel ma jiġi riċevut ir-rapport pożittiv tal-ekwivalenza mingħand l-MQRIC.
8. Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa u jkun esebit fuq in-noticeboard tal-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa.
8.1 Petizzjonijiet li joġġezzjonaw għar-riżultat tal-proċess tal-għażla għandhom jaslu għand is-Segretarju Permanenti fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat fuq [email protected]
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa |
Contact Persons : | Dr. Renzo De Gabriele Segretarju Permanenti |
Address : | Direttorat tal-People Management, Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq il-Merkanti, Valletta, VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.