Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Konsulent Pedjatra b’interess speċjali fin-Nefroloġija Pedjatrika fid-Dipartiment tas-Saħħa tat-Tfal u tal-Adolexxenti fl-Isptar Mater Dei

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal- Gvern datata 13 ta' Novembru 2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 13/11/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 27/11/2026 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tad-deputat tal-Prim Ministru u l-Ministeru tas-saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti,  Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Konsulent Pedjatra b’interess speċjali fin-Nefroloġija Pedjatrika fid-Dipartiment tas-Saħħa tat-Tfal u tal-Adolexxenti fl-Isptar Mater Dei fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa




3.1 Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Konsulent Pedjatra b’interess speċjali fin-Nefroloġija Pedjatrika fid-Dipartiment tas-Saħħa tat-Tfal u tal-Adolexxenti huwa ekwivalenti għal  Skala ta’ Salarju 4 li fis-sena 2026 hija ekwivalenti għal €42,916.00 fis-sena.

3.2 Qed jiġi nnutat li s-salarju għall-pożizzjoni ta' Konsulent Pedjatra b’interess speċjali fin-Nefroloġija Pedjatrika fid-Dipartiment tas-Saħħa tat-Tfal u tal-Adolexxenti huwa supplimentat b’ allowances kif speċifikat fil-ftehim settorjali fis-seħħ iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta (MAM) li jirrendi s-salarju kompetittiv. Talbiet għal aktar informazzjoni rigward il-pakkett ta’ remunerazzjoni jew kundizzjonijiet oħra tax-xogħol jistgħu jiġu sottomessi fuq ([email protected]).

Dmirijiet

4.1  Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Konsulent Pedjatra b’interess speċjali fin-Nefroloġija Pedjatrika fid-Dipartiment tas-Saħħa tat-Tfal u tal-Adolexxenti jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

4.2  Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa f'Malta jew fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex skont id-deskrizzjoni tal-Amministrazzjoni.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

Applikazzjonijiet jigu wkoll ikkunsidrati minn kandidati li huma ċittadini ta’ pajjizi terzi u li ma jissodisfawx il-kriterji imsemmija f’paragrafu 5.1(i), dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti imsemmija f’paragrafi 5.1(ii) sa 5.6. Il-ħatra ta’ tali kandidati teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:
  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Ingliża u bil-lingwa Maltija;
Qed jiġi hawnhekk innutat li kandidati li mhumiex profiċjenti fil-lingwa Maltija jistgħu jibqgħu jiġu kkunsidrati sakemm il-kandidati magħżula jipprovdu evidenza ta’ profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija fi żmien sena (1) mill-ingaġġ, billi jgħaddu b’suċċess mill-eżami fl- Award in Medical Maltese for Clinical Workersfor the Healthcare Profession Part 1 u Part 2 tal-Jobsplus jew Maltese Language SEC O'level bi grad 5 jew aħjar, miksuba mill-Università ta’ Malta. Konsulenti li ma jkunux kisbu dan iċ-ċertifikat fiż-żmien ta’ prova jingħataw estensjoni ta’ darba biex jiksbu b’suċċess dan iċ-ċertifikat. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jintalbu lura permezz tal-iskema Continuous Medical Education (CME).

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni jridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.

5.2  Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom aktar minn hekk:

i.  ikollhom isimhom imniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Pedjatrika miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta; jew
ii. ikunu approvati li isimihom jitniżżel fir-Reġistri għall-Ispeċjalisti tal-Pedjatrika miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta; jew
iii. (a) ikollhom Ċertifikat ta' Tlestija ta' Taħriġ ta' Speċjalist (CCST) maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta għall-professjoni rilevanti, li juri li l-applikant lesta tali taħriġ speċjaliżżat li jista' jintalab kemm għan-Pedjatrika; jew
​
     (b) ikollhom kwalifika ta' speċjalist ekwivalenti għas-CSST fin-Pedjatrika, li tkun maħruġa mill-Awtorita' kompetenti ta' stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif indikat f'parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa ta' Malta; jew
     (c) ikollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta' speċjalist dment li ma' din tinhemeż dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta, li tiddikjara li kwalifiki/ esperjenza huma suffiċjenti sabiex tabib ikun irreġistrat mal-Kunsill Mediku ta' Malta bħala Speċjalist fin-Pedjatrika

5.3 Persuna magħżula li tkun eliġibbli taħt paragrafu 5.2(iii) (b) u paragrafu 5.2 (iii) (c) hawn fuq trid tkun imniżżla fir-Reġistru għall-iSpeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta u trid tkun ukoll irreġistrata bis-sħiħ mal-Kunsill Mediku ta' Malta qabel il-ħatra.

5.4 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' paragrafu 5.2(iii) (b) jew paragrafu 5.2 (iii) (c) hawn fuq iridu jiksbu ittra ta' rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditrazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta li tikkonferma li l-kwalifiki tagħhom jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikat ta' Tlestija ta' Taħriġ ta' Speċjalist maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta. F'każ ta' diffikulta' għandu jintalab il-parir tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta.

Sabiex tiġi ffaċilitata r-referenza, s-sit elettroniku tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalsiti ta' Malta jista' jiġi kkonsultat minn
(https://medicalsac.gov.mt/en/the-committee/our-mission/)

5.5 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' paragrafu 5.2 (iii) (b) jew paragrafu 5.2 (iii) (ċ), u li jkunu meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti kif speċifikat fil-paragrafu 5.4 għandom jinkludu kopja ta' dik id-dikjarazzjoni mal-applikazzjoni, u jippreżentaw l-oriġinali waqt l-intervista. Kandidati mhux fil-pussess ta' dan id-dokument mehtieġ xorta jistgħu japplikaw, dment jissottomettu kopja ta dik id-dikjarazzjoni hekk kif tkun għad-dispożizzjoni tagħhom u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mid-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet mhux fil-kontroll tagħhom, jistgħu jitolbu għal estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien b'xahar ieħor, mill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b'mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien. Talbiet għal estensjoni itwal minn dan il-perjodu, għandhom jiġu sottomessi għall-konsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

5.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f'dan il-grad, skont 5.1 sa 5.5 hawn fuq, mhux biss salħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

Ministry / Department :

Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa

Contact Persons :

Dr. Renzo De Gabriele
Segretarju Permanenti

Address :

Direttorat tal-People Management, 

Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa

15, Palazzo Castellania,

Triq Merkanti,

Valletta VLT1171

Telephone :

+356 22992604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.