Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Tradesman/Senior Tradesman (Vehicle and Plant Mechanic

     Nru. ta' Referenza 20131


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 01/02/2019 14:00
    Data tal-għeluq: 15/02/2019 12:00
    Dipartiment: Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument Circular - Post of Tradesman/Senior Tradesman - ENG Version 
Ara d-dokument Circular - Post of Tradesman/Senior Tradesman - MLT Version 
Id-Direttur Ġenerali, Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Tradesman/Senior Tradesman (Vehicle and Plant Mechanic) fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

Is-salarju ta’ Tradesman (Vehicle and Plant Mechanic) huwa ta’ Skala ta' Salarju 16, li fis-sena 2019 huwa ta’ €13,530 fis-sena, li jiżdied b’€263  fis-sena sa massimu ta’ €15,108.


Persuna fil-grad ta’ Tradesman (Vehicle and Plant Mechanic) titla’ fi Skala 15, li fis-sena 2019 huwa ta’ €14,390 fis-sena, li jiżdied b’€298 fis-sena sa massimu ta’ €16,178 wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.


Persuna fil-grad ta’ Tradesman (Vehicle and Plant Mechanic) tiġi promossa għall-grad ta’ Senior Tradesman (Vehicle and Plant Mechanic) fi Skala 14, li fis-sena 2019 huwa ta’ €15,393 fis-sena, li jiżdied b’316.83 fis-sena sa massimu ta’ €17,294 wara għaxar (10) snin servizz fil-grad ta’ Tradesman (Vehicle and Plant Mechanic) jew ħames (5) snin jekk tkun fil-pussess ta’ Diploma ta’ Higher Technician, jew kwalifika rikonoxxuta, kumparabbli jew kwalifika teknika ogħla, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.


Dmirijiet

Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Tradesman/Senior Tradesman (Vehicle and Plant Mechanic) jinkludu :


  1. taħdem fuq varjeta kbira ta’ vetturi żgħar u kbar kif ukoll fuq apparat heavy plant u light plant ta’ mudelli u għamliet varji. Dan jista jinkludi karozzi, vannijiet, trakkijiet żgħar, trakkijiet kbar ta’ tunellaġġ varju, trakkijiet li jikinsu jew jaħslu t-toroq, skip loaders, trakkijiet bil-karru (loaders), cherry pickers, trakkijiet bil-krejn, trakkijiet tal-ġbir tal-iskart, eċċ, kif ukoll, gafef kbar, skid steer loaders u dumpers u mpjant żgħir bħal grass cutters u chain saws;


  1. tispezzjona vetturi u tagħmel osservazzjonijiet neċessarji sabiex tifhem il-ħsarat u tistabbilixxi l-aħjar mod ta’ kif għandha ssir it-tiswija;


  1. issib id-difett jew ħsarat f’kull parti tal-vettura, u ssewwi skond kif titlob is-sengħa;


  1. tagħmel xogħol ta’ servicing u manutenzjoni fuq dawn l-inġenji kif meħtieġ, u zżomm records kif xieraq;


  1. iżżarma u tarma r-roti, fusien,  u partijiet oħra skont il-bżonn sabiex issir it-tiswija meħtieġa;



  1. taqla, żżarma, ssewwi u tarma mill-ġdid il-magna, gearbox, sistema tal-brejkijiet u kwalunkwe apparat ieħor mekkaniku tal-inġenji jew impjant;


  1. issib il-ħsara u ssewwi apparat li jaħdem bil-hydraulic fuq l-istess inġenji;


  1. tkun familjari mal-użu ta’ għodda tal-kejl, bħalma huma vernier callipers, micrometers u depth gauges;


  1. tuża apparat ta’ dijagnożi, bħalma huma pressure gauges u anke apparat ta’ dijanjożi kompjuterizzat sabiex issib u ssewwi ħsarat;


  1. tagħmel użu minn workshop manuals, u letteratura teknika oħra, u tinterpreta disinni tekniċi mingħajr diffikulta;


  1. tħaddem it-tagħrif tekniku f’tiswija ta’ nġenji u makkinarju b’teknoloġiji ġodda skond il-ħtiġijiet li jinqalgħu minn żmien għal żmien;


  • iżżomm aġġornat u familjari ma’ teknoloġiji ġodda kif applikati fi kwalunkwe tip ta’ inġenji u mpjant;


  1. tagħmel xogħol tajjeb u ta’ kwalita’ għolja;


  • tagħti s-sehem biex il-post tax-xogħol jinżamm fl-ordni u nadif;


  • tkun konxja minn prattiċi tajba ta’ saħħa u sigurta’ fuq il-post tax-xogħol u tapplikahom sabiex jitnaqqsu kemm jista jkun il-perikli għas-saħħa u, saħħet l-impjegati l-oħra u danni fuq vetturi jew apparat;


  1. taqdi d-doveri hawn fuq imsemmija kemm ġewwa l-workshops kif ukoll f’postijiet oħra skont il-bżonnijiet li jinqalgħu;


  1. twettaq xogħolijiet oħra mogħtija mis-superjuri;


  1. twettaq dmirjiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.



Persuna fil-ħatra ta’ Tradesman/ Senior Tradesman (Vehicle and Plant Mechanic) trid tkun kapaċi wkoll:


  1. tikkomunika tajjeb bil-lingwa Maltija u Ingliża, miktuba u mitkellma;


  1. taħdem fuq engine management systems moderni u tuża apparat tad-dijanjożi;


  1. taħdem kemm f’tim u kif ukoll waħidha mingħajr superviżjoni;


  1. tiu inizjattiva u responsabilita sħiħa tax-xogħol.


Eliġibbiltà

4.1  Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:


(i)                  (a)            ċittadini ta’ Malta;


jew


(b)      ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema;     jew


(c)     ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew


(d)          kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew


(e)         ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.


Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.


Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.


(ii)      kapaċi jikkomunikaw bil-Malti u/jew bl-Ingliż;


           

(iii)     li jkollhom il-Journeyman’s Certificate fis-sengħa ta’ Vehicle and Plant Mechanic wara li jkunu temmew b’suċċess kors ta’studju taħt l-Extended Skills Training Scheme (ESTS), jew kwalifika rikonxxuta, xierqa, kumparabbli jew ogħla;


JEW


(iv)     uffiċċjali pubbliċi li l-kompetenza tagħhom fis-sengħa ta’ Vehicle and Plant Mechanic hija ċċertifikata minn Trade Testing Board imwaqqaf taħt l-Employment and Training Services Act.  Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal kariga ogħla iridu jkunu ġew ikkonfermati fil-kariga preżenti tagħhom (jew fil-kariga preċedenti skont il-każ)



4.2     Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.


Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.


4.3     Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.


Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.


Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.


4.4     L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa ghall-post li l-persuna qed tapplika għaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).


4.5     Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

     

4.6     L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli.

Ministry / Department :

Ministry for Justice, Culture and  Local Government

Contact Person :

Ms Shirley Fava

Address :

Corradino Industrial Estate, Paola

Telephone :

22897321

Email address :

[email protected]


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.