Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. F’konformità mal-kunċett tal-mobilità tal-impjiegi, li jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim tal-individwu filwaqt li jindirizza l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, is- Segretarju Permanenti għall- Ministeru tas- Saħħa u Anzjanita' Attiva qiegħed ifittex li jidentifika Uffiċjali Pubbliċi adatti biex iwettqu dmirijiet kif imsemmija hawn fuq, għal perjodu indefenit, li jista’ jiġġedded għal aktar perjodi.
2. Il-kandidati magħżula għandhom, għall-perjodu li matulu jiġu assenjati tali dmirijiet, iwieġbu lill-Kap tad-Dipartiment fejn jiġu assenjati.
3. Il-perjodu ta’ assenjazzjoni għandu jitqies bħala “servizz fil-grad” għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul tas-servizz, anzjanità, salarju, progressjoni u, fejn applikabbli, għall-finijiet ta’ pensjoni tat-Teżor. Il-prestazzjoni f’dawn id-dmirijiet tiġi wkoll rikonoxxuta fir-Record of Service (GP47).
Salarju
4. Il-kandidati magħżula jkomplu jirċievu s-salarju tal-grad sostantiv tagħhom għall-perjodu li matulu jkunu assenjati fi kwalunkwe wieħed mid-dmirijiet imsemmija hawn fuq. Huma jkomplu bid-dmirijiet tal-grad sostantiv tagħhom ladarba ma jibqgħux jaqdu d-dmirijiet marbuta ma’ din l-espressjoni ta’ interess.
Dmirijiet
5. L-uffiċjali eliġibbli huma għalhekk mistiedna jippreżentaw l-espressjoni ta’ interess tagħhom biex jiġu assenjati dmirijiet relatati ma’ waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Id-dmirijiet huma deskritti fid-dokument mehemuż Anness A. L-uffiċjali ssekondati/mislufin/detailed/deployed/on attachment ma’ Organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà meħtieġa, jistgħu japplikaw ukoll.
Eliġibbiltà
6. L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. Il-kandidati magħżula jiġu assenjati fuq dmirijiethom skont l-eżitu ta’ tali valutazzjoni u skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
Eleġibilta':
Biex jiġu kkunsidrati eleġibli l-applikanti għandhom:
a) Ikollhom reġistrazzjoni ta' Infirmiera tal-ewwel livell mal-Kunsill għall-Infermiera u l-Midwives (Malta); u
b) Ikunu fil-grad ta' Senior Staff Nurse jew Staff Nurse b'mill-inqas ħames(5) snin esperjenza ta' xogħol bħala Infirmiera fis-servizz/settur pubbliku f'entitajiet taħt il-Minister għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.
Il- kandidati magħżula jkunu meħtieġa li jieħdu taħriġ kemm lokalment kif ukoll barra, skont meta jkun hemm meħtieġa.
Il- kandidati magħżula jkunu meħtieġa li jaħdmu mill-inqas 40 siegħa b'roster DDDOO (Day,Day,Day,Off,Off)
Il- Kandidati magħżula jkunu responsabbli għall-faċilitazzjoni ta' discharge sigur, xieraq fil-ħin u effettiv ta' anzjani mill-isptar għas-soċjeta jew ambjenti oħra ta' kura.
7. Kull kwalifika u esperjenza dikjarata għandha tkun sostnuta b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu mehmuża mas-sottomissjoni tal-Uffiċjal. Kopji skennjati mibgħuta elettronikament huma aċċettabbli.
7.1 Iċ-ċertifikati u/jew it-testimonjanzi oriġinali jridu jintwerew waqt l-intervista mingħajr ebda eċċezzjoni.
8. Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat mill-uffiċju tas-Segretarju Permanenti (Anzjanita' Attiva) u jkun esebit fuq in-noticeboard tal-uffiċju tas-Segretarju Permanenti (Anzjanita' Attiva) Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva fi Palazzo Spinola, St Christopher Street, Valletta.
9 Petizzjonijiet li joġġezzjonaw għar-riżultat tal-proċess tal-għażla għandhom jaslu għand l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti (Anzjanita' Attiva) Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva, fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva |
Contact Persons : | Sur Michael Mizzi |
Address : | Livell 5, Palazzo Spinola, Triq San Kristoferu, Belt Valletta |
Telephone : | 25903041 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.