Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Post ta’ Consultant Baromedicine

     Nru. ta' Referenza Government Gazette dated 1st June 2018


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 01/06/2018 16:30
    Data tal-għeluq: 11/06/2018 12:00
    Dipartiment: Sptar Ġenerali ta' Għawdex

Konnessjoni
Ara d-dokument Application form 
Ara d-dokument Call for Application 
Id-Direttur (Resourcing and Employee Relations), Ministeru għas-Saħħa, tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Consultant Baromedicine, fl-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex fil-Ministeru għas-Saħħa.

Il-salarju ta’ Consultant Baromedicine huwa ta’ Skala ta’ Salarju 4, li fis-sena 2018 huwa €34,504 fis-sena.

Dmirijiet

Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Consultant Baromedicine fost l-oħrajn jinkludu li:

a) tieħu sehem fl-attivitajiet tad-Dipartiment tal-Mediċina u tipparteċipa fil-progammi ta’ tagħlim u riċerka  tiegħu;

b) tipparteċipa fix-xogħol tad-Dipartiment hekk kif assenjat mill-Clinical Leadership ta’ l-iSptar  u mill-Amministrazzjoni tal-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex (GGH);

c) tipprovdi servizzi specjaliżżati inkluż dmirijiet on call fl-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex u sptarijiet ohra relatati ;  din tinkludi kura ta’ ammissjonijiet akuti;

d) twettaq kliniċi tal-Out-Patients, kif applikabli; 

e) tipprovdi sessjonijiet kliniċi on-site filgħodu, wara nofsinhar u filgħaxija skont il-job plan maqbul bejn il-persuna maħtura u l-Amministrazzjoni tal-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex (GGH);

f) tikkollabora mill-qrib mal-bqija tal-kollegi tagħha u tipprovdi l-kura klinika kollha fil-limitu tal-ispeċjalita` skont l-istandards ta’ kwalità tal-professjoni;

g) tikkollabora ma’ sptarijiet oħra skond proċeduri u protokolli approvati biex tiġi ffaċilitata l-kura maqsuma u riferti terzjarji ta’ pazjenti jekk meħtieġ; 

h) żżomm ruħha aġġornata mal-iżviluppi kurrenti fil-qasam tal-Baromedicine u tipparteċipa f’ laqgħat ta’ wara l-gradwazzjoni lokalment u barra minn Malta;

i) tkun meħtieġa li tinvolvi ruħha fl-edukazzjoni kontinwa tal-kollegi kliniċi fil-livelli kollha;

j) tkun responsabbli għat-tim tagħha u tassigura dixxiplina u prattika klinika tajba speċjalment fil-prattiki ta’ kontroll ta’ infezzjoni;

k) twettaq kwalunkwe dmirijiet oħra hekk kif assenjati mill-Clinical Leadership ta’ l-iSptar jew mill-Amministrazzjoni ta’ l-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex (GGH);

l) tkun responsabbli biex tissorvelja l-kwalità ta’ ittri ta’ kwitanza mibgħuta mill-firm tagħha;

m) tmexxi lit-tobba tal-firm tagħha biex tiżgura appoġġ xieraq għall-junior staff;

n) tipparteċipa f’verifiki, laqgħat multidixxiplinarji, ta’ mortalita` u ta’ morbidita`;

o) tkun suġġetta għal prestazzjoni annwali;

p) tkun direttament responsabbli lejn il-Clinical Leadership ta’ l-iSptar u l-Amministrazzjoni ta’ l-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex (GGH) u fl-aħħarnet twieġeb lill- Uffiċjal Mediku Ewlieni;

q) tipprovdi servizz fi kwalunkwe estensjoni futura tas-servizzi tas-saħħa hekk kif provdut taħt Skema Nazzjonali Kompresnsiva tas-Saħħa;

r) tiżgura li d-dixxiplina u l-prattika tas-sezzjoni (inkluż aspetti tal-iġjene u kontroll ta’ infezzjoni) li jaffettwaw il-pazjenti taħt il-kura tagħha jkunu ta’ l-ogħla livell possibbli;

s) tiżgura l-implimentazzjoni ta’ programm kontinwu ta’ taħriġ u edukazzjoni fir-rispett tal-impjegati li jieħdu ħsieb il-pazjenti taħt il-kura tagħha u tikkollabora ma’ u tagħti parir lil-membri  oħra mediċi u kirurġiċi f’materji li għandhom x’jaqsmu mal-ispeċjalita`;

t) tipparteċipa fit-tagħlim u t-taħriġ ta’ qabel u ta’ wara l-gradwazzjoni kif ikun meħtieġ.  Tkun mistennija wkoll li tipparteċipa fi programm ta’ taħriġ speċjalizzat ta’ wara l-gradwazzjoni skont il-kriterji tal-iSpecialist Accreditation Committee;

u) tistabilixxi mekkaniżmi xierqa biex tiżgura kwalita` ta’ servizzi u verifika medika;

v) tipparteċipa f’verifiki u laqgħat multidixxiplinarji u tkun suġġetta għall prestazzjonijiet annwali;

w) tipparteċipa meta mitluba f’bordijiet tal-għażla, bordijiet dixxiplinarji u bordijiet tal-akkwist;

x) taqdi dmirijiet oħra skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni;

y) tagħmel użu mis-sistemi tat-Teknoloġija tal-Informatika li jkunu qed jintużaw fl-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex (GGH) u fil-Ministeru għas-Saħħa.

Persuna maħtura tista’ tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta’ Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

Eliġibbiltà

Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

(i)  
(a) ċittadini ta’ Malta;  jew

(b) ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew

(c) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew

(d) kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew

(e) ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.

Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

(ii)    profiċjenti fil-lingwa Ingliża; 

Aktar minnhekk, kandidati magħżula għandhom jipprovdu evidenza ta’ profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma tal-ħatra li hi fi żmien sena mill-ingaġġ, billi jgħaddu b’suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 u Part 2 tal-Università ta’ Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 u Part 2 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta.  Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jiġu applikati biex jitħallsu lura permezz tal-iSkema tal-Continuous Medical Education (CME).


Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ukoll :

(i) ikollhom isimhom imniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Baromedicine  miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta;  jew

(ii) ikunu approvati li isimhom jitniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Baromedicine miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta ; jew

(iii)
(a) ikollhom Certificate of Completion of Training (CCT) maħruġ mill-Kumitat għall-Approvazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta li jindika li l-applikant temm it-taħriġ speċjaliżżat li jista’ jkun mitlub għall-Baromedicine; jew

(b) ikollhom kwalifika ta’ speċjalist ekwivalenti għas-CCT fil-Baromedicine, li tkun maħruġa mill-Awtorita` kompetenti fi stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif indikat f’parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa ta’ Malta ; jew

(c) ikollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta’ speċjalist fuq kundizzjoni li ma’ din tinhemeż dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent mill-Kumitat għall- Approvazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta, li tiddikjara li l-kwalifiki/esperjenza miksuba huma suffiċjenti sabiex tabib ikun reġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta bħala Speċjalist fil-Baromedicine.

Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ukoll ikollhom sentejn (2) esperjenza full time bħala Speċjalisti fil-Baromedicine.  Qed jiġi ċċarat li l-esperjenza bħala Speċjalist titqies li ma tibdiex qabel id-data tar-Reġistrazzjoni fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta, jew Reġistrazzjoni ekwivalenti li tkun maħruġa mill-Awtorità kompetenti fi stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.  Qed jiġi ċċarat ukoll li meta l-esperjenza tkun miksuba fuq bażi part time jew fuq inqas minn 40 siegħa fil-ġimgħa, din tkun rikonoxxuta fuq bażi pro-rata.

L-applikant magħżul li jkun eliġibbli taħt paragrafu 4.2(iii) (b) u paragrafu 4.2(iii) (c) hawn fuq irid ikun imniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti miżmuma mill-Kunsill Mediku ta’ Malta u jrid ikun ukoll irreġistrat bi sħiħ mal-Kunsill Mediku ta’ Malta qabel il-ħatra.

Kandidati li japplikaw skont it-termini ta’ paragrafu 4.2 (iii) (b) jew paragrafu 4.2 (iii) (c) hawn fuq iridu jiksbu ittra ta’ rikonoxximent mill-Kumitat għall-Approvazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta li tikkonferma li l-kwalifiki miksuba jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti  għas-Certificate of Completion of Training maħruġa mill-Kumitat għall- Approvazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta.  F’każ ta’ diffikulta`, il-parir tal-Kumitat għall-Approvazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta għandu jkunu mitlub.

Sabiex tiġi ffaċilitata r-referenza, il-website tal-Kumitat għall-Approvazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta tista’ tiġi kkonsultata fuq : (https://deputyprimeminister.gov.mt/en/sph/Pages/Specialist-Accreditation-Committee.aspx) 

Kandidati li japplikaw skont it-termini ta’ paragrafu 4.2 (iii)(b) jew paragrafu 4.2 (iii)(c), u li jkunu meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kumitat għall-Approvazzjoni ta’ Speċjalisti kif mitlub fil-paragrafu 4.5 għandhom jinkludu kopja ta’ dik id-dikjarazzjoni mal-applikazzjoni u jippreżentaw l-oriġinali waqt l-intervista.  Kandidati li ma jkunux fil-pussess tad-din id-dikjarazzjoni meħtieġa xorta jistgħu japplikaw, basta jissotomettu kopja ta’ din id-dikjarazzjoni hekk kif din tkun għad-dispożizzjoni tagħhom u f’kwalunkwe  ċirkustanza mhux aktar tard mid-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.  Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw  id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien perijodu ta’ xahar għal raġunijiet lill’hinn mill-kontroll tagħhom, jistgħu jitolbu  estensjoni ta’ dan il-limitu taż-żmien,  b’xahar ieħor mill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien.  Talbiet għall- estensjonijiet itwal minn dan il-perjodu, għandhom jiġu sottomessi għall- konsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika għaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita` oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.8 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC,  jew awtorita` pertinenti oħra, kif applikabbli 

Ministry / Department :

Ministry for Health

Contact Person :

Maureen Mahoney

Address :

Director Resourcing and Employee Relations

Ministry for Health,

Palazzo Castellania, 15, Merchants Street,

Valletta, VLT 1171. 

Telephone :

+356 22992604

Email address :

recruitment.health@gov.mt


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.