Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Clerical Officer

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 31/05/2024


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 31/05/2024 11:00
    Data tal-għeluq: 17/06/2024 13:30
    Ministeru: Il-Ministeri Kollha
    Dipartiment: Servizz Pubbliku ta’ Malta

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - Dmirijiet / Duties 
1. Is-Segretarju Permanenti (Nies u Standards), Uffiċċju tal-Prim Ministru tilqa’ applikazzjonijiet ta’ darba biss għas-sejħa għall-post ta’ Clerical Officer fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Għall-konferma tal-ħatra tagħhom, dawk maħtura jridu jkunu temmew iż-żmien ta’ prova tagħhom u jridu jkunu temmew b’suċċess il-kors ta’ induzzjoni kif offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi.

2.3 Clerical Officers li m ’għandhomx livell komparabbli f’ livell 3 tal-MQF jew ogħla fil-Malti u l-Ingliż iridu jagħmlu t-taħriġ meħtieġ rispettiv kif organizzat internament u fis-seħħ minn żmien għal żmien.

2.4 Is-salarju ta’ Clerical Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 15, li fis-sena 2024 huwa ta’ €17,265 fis-sena, li jiżdied b’€298.00 fis-sena sa massimu ta’ €19,053.

2.5 Persuna fil-grad ta’ Clerical Officer fi Skala ta’ Salarju 15 titla’ fi Skala ta' Salarju 14 (€18,538.02 x €316.83 - €20,439.00 fis-sena 2024) wara erba’ (4) snin servizz fil-grad, u tkompli tiela’ għal Skala ta’ Salarju 13 (€19,867 x €335.50 - €21,880 fis-sena 2024) wara erba’ (4) snin servizz oħra fi Skala ta’ Salarju 14, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.6 Persuna fil-grad ta’ Clerical Officer fi Skala ta’ Salarju 15, li għandha livell 3 tal-MQF jew ogħla fil-Malti u l-Ingliż jew ekwivalenti titla’ fi Skala 14 (€18,538.02 x €316.83 - €20,439.00 fis-sena 2024) wara sentejn (2) servizz sodisfaċenti fi Skala ta’ Salarju 15 u tibqa’ tiela’ fi Skala ta’ Salarju 13 (€19,867 x €335.50 - €21,880 fis-sena 2024) wara erba’ (4) snin servizz oħra fi Skala ta’ Salarju Skala 14, jekk tkun qdiet dmirha b’ mod sodisfaċenti.

2.7 Persuna fil-grad ta’ Clerical Officer fi Skala ta’ Salarju 13 tista’ tagħżel li tidħol f’ self-Assessment Framework Programme u jekk il-Colloquium process jintemm b’suċċess tkun eliġibbli li titla’ fi Skala ta’ Salarju 12 (€21,236 x €354.00 - €23,360 fis-sena 2024) wara sentejn (2) servizz sodisfaċenti fi Skala ta’ Salarju 13.

2.8 Persuna fil-grad ta’ Clerical Officer li ġġib jew ikollha kwalifika sħiħa rilevanti f’ livell 4 tal-MQF jew ogħla f’ oqsma rilevanti kif ikun determinat mill-Management minn żmien għal żmien, wara mill-inqas sentejn (2) servizz sodisfaċenti bħala Clerical Officer u suġġett għat-tlestija b ’suċċess tal-colloquium process, tkun eliġibbli biex tiġi promossa Administration Officer fi Skala ta’ Salarju 12 (€21,236 x €354.00 - €23,360 fis-sena 2024).

2.9 Clerical Officers minn Skala ta’ Salarju 15 sa Skala ta’ Salarju 13 ikunu intitolati għall-ħlas ta’ Class Allowance ta’ €350 fis-sena, filwaqt li Clerical Officers fi Skala ta’ Salarju 12 ikunu intitolati għall-ħlas ta’ Class Allowance ta’ €500 fis-sena.

2.10 Il-postijiet allokati ser ikunu strettament skont il-prijorita’ kif iddeterminat mill-Amministrazzjoni, għal perjodu minimu ta’ sentejn (2) qabel ma jkunu jistgħu jintalbu trasferimenti. Tali postijiet ikunu suġġetti għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Clerical Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

i. a. ċittadini ta’ Malta; jew
b. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
c. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
d. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
e. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
f. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’

Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

ii. Mhux inqas minn sittax (16)-il sena;

iii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża;

iv. Eliġibbli f’waħda mill-kategoriji t’hawn taħt (a, b, c jew d):

a. Fil-pussess ta’ kwalifika li turi li għaddew (mill-inqas fi Grad 5 fil-każ tal-eżamijiet taċ-ĊES, u Grad C jew 4 fil-każ tal-eżamijiet tal-Edexcel (London) jew livell komparabbli) f’ħames (5) suġġetti f’livell 3 tal-MQF jew ogħla, u ċertifikat f’livell 3 tal-MQF jew ogħla fl-IT Office Application Skills (*);

JEW

b. fil-grad ta ’Assistent Skrivan, li l-ħatra tiegħu/tagħha ġiet ikkonfermata u li għandu/ha tliet (3) snin servizz sodisfaċenti fil-grad;

JEW

c. fil-pussess ta’ School Leaving Certificate f’livell 3 tal-MQF jew ogħla u kwalifika li turi li għaddew (mill-inqas fi Grad 5 fil-każ tal-eżamijiet taċ-ĊES, u Grad C jew 4 fil-każ tal-eżamijiet tal-Edexcel (London) jew livell komparabbli) f’żewġ (2) suġġetti oħra f’livell 3 tal-MQF jew ogħla, u ħames (5) snin servizz sodisfaċenti jaqdu dmirijiet għas-Servizz Pubbliku;

JEW

d. fil-pussess ta’ kwalifika li turi li għaddew (mill-inqas fi Grad 5 fil-każ tal-eżamijiet taċ-ĊES, u Grad C jew 4 fil-każ tal-eżamijiet tal-Edexcel (London) jew livell komparabbli) fi tliet (3) suġġett f’livell 3 tal-MQF jew ogħla, u ħames (5) snin servizz sodisfaċenti jaqdu dmirijiet għas-Servizz Pubbliku.

(*) qed jiġi kkjarifikat li b’referenza għall-IT Office Applications Skills, dan ikopri kwalunkwe kors komplut b’suċċess organizzat mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) jew f’livell 3 tal-MQF akkreditat mill-ICDL Malta (li qabel kienet ECDL Malta) jew mill-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA).

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi classy/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 L-Applikanti li jaqgħu taħt il-kriterju ta’ eliġibbilta’ 4.1 (iv) (b) (c) jew (d) u li jinħatru fil-grad ta’ Clerical Officer iridu jġibu prova li temmew kompletament u b’suċċess kors fl-IT Office Applications Skills organizzat mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) jew f’livell 3 tal-MQF akkreditat mill-ICDL Malta (li qabel kienet ECDL Malta) jew mill-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA), fi żmien tnax-il (12) xahar mid-data tal-ħatra tagħhom.

4.3 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (iv) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2024. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

4.4 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.5 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.

Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.6 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
Ministry / Department:Office of the Prime Minister - People and Standards Division
Contact Person:Ms Silvana Portelli / Ms Marlene Debattista
Address:
People and Standards Division
3 Castille Place
Valletta
Telephone:2200 1324/ 2200 1250
Email address:[email protected]


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.