Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Call for Application ARO |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Salarju
Dmirijiet
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra t’Assistance and Rescue Officer jinkludu:
- li tirraporta direttament lil-Leading Assistance and Rescue Officer;
- tirrispondi għall-sejħiet f’każijiet ta’ nirien jew diżastri/emerġenzi jew każijiet simili li jirrikjedu attenzjoni immedjata;
- tirrispondi b’mod immedjat f’każijiet ta’ diżastru u tipprovdi assistenza ta’ salvataġġ u għajnuna lill-vittmi;
- tuża makkinarju u apparat relatat max-xogħol;
- tassisti lil-Leading Assistance and Rescue Officer waqt spezzjonijiet ta’ fire-proofing;
- jista’ jkun hemm il-ħtieġa li taħdem fuq il-baħar;
- kull xogħol ieħor li jista’ jingħata minn żmien għal żmien mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u/jew rappreżentant tiegħu;
- dmirjiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Eliġibbiltà
Rekwiżiti tal-eliġibbiltà
Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
(i) (a) ċittadini ta’ Malta; jew
(b) ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
(c) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
(d) kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
(e) ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
(ii) ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża;
(iii) Preferenza tingħata lil applikanti li jkollhom esperjenza fil-qasam tal-għajnuna u s-salvataġġ kemm mal-Gvern jew ma Organizzazzjonijiet mhux Governattivi;
(iv) ikunu f’qagħda ta’ saħħa fiżika tajba sabiex ikunu kapaċi jaqdu d-dmirijiet ta’ Assistance and Rescue Officer.
Ċertifikati ta’ taħriġ f’oqsma relatati mad-doveri ta’ Assistance and Rescue Officer, maħruġa minn Awtoritajiet kompetenti, inkluż id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, jitqiesu b’mod favorevoli.
Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.
Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq jew ogħla, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa ghall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).
Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | MHAS/ Civil Protection Department |
Contact Person : | Mr Emanuel Psaila |
Address : | Mqabba Road Ta’ Kandja L/O Siġġiewi |
Telephone : | 23930000 |
Email address : |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.