Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Fire Team Officer fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MHA/31/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Oħrajn
    Data ppubblikata: 17/04/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 04/05/2026 17:15

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A  
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Fire Team Officer fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex (GGH) fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.

2.1 Il-Kandidat magħżul jinħatar fil-pożizzjoni ta’ Fire Team Officer fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva.

2.2 Il-pożizzjoni ta' Fire Team Officer hija soġġetta għal perjodu ta' prova ta' sitt (6) xhur.

2.3 Is-Salarju marbut mal-pożizzjoni ta' Fire Team Officer huwa Skala tas-Salarju 12 li fis-sena 2026 huwa ekwivalenti għal €23,816.00 fis-sena, li jiżdied b'żidiet annwali ta' €354 sa massimu ta' €25,940.00.

2.4 Fire Team Officers li jlestu b'suċċess ċertifikazzjoni VET tal-Livell 5 tal-MQF relatata mad-dmirijiet ta' Fire Team Officer kif rikonoxxuti mill-Maniġment minn żmien għal żmien għandhom javvanzaw għal Skala 11 li fissena 2026 hija ekwivalenti għal €25,435.00 fis-sena, li jiżdied b'żidiet annwali ta' €375.17 sa massimu ta' €27,686.02.

2.5 Fire Team Officer għandhom jibbenefikaw minn allowance annwali li tinkludi kollox ta’ tlett elef ewro (€3,000) fis-sena 2026.

2.6 L-applikanti magħżula huma obbligati li jżommu l-kundizzjoni fiżika tagħhom biex iwettqu l-firxa ta’ dmirijiet marbuta ma’ din il-pożizzjoni. Il-maniġment jista’ jwettaq testijiet fiżiċi kif meħtieġ.

2.7 Matul il-perjodu ta’ prova, it-taħriġ irid jitlesta b’suċċess. Il-fażijiet differenti tat-taħriġ inkluż taħriġ intern, taħriġ bażiku u avvanzat organizzat mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u kwalunkwe taħriġ ieħor kif stipulat millMinisteru jridu jitlestew b’suċċess biex jiġu kkonfermati fil-pożizzjon

2.8 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-Pożizzjoni ta' Fire Team Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

i: kapaċi jikkomunika bil-Lingwa Maltija u Ingliża sabiex iwettaq id-dmirijiet b'mod suffiċjenti u adegwat

U

ii: Minimu ta' sena (1) esperjenza ppruvata u rilevanti fil-qasam

U

iii: Fil-pussess ta' Fire Fighting and Prevention Certificate

JEW

iv: Fil-pussess ta' Fire Team Member Certificate

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 Uffiċjali pubbliċi li huma normalment residenti f’Għawdex iżda li bħalissa jaħdmu f’Malta, u li għandhom listess grad sostantiv bħal dak li qed jiġi reklamat, jistgħu japplikaw lateralment. Jekk jintgħażlu, dawn l-uffiċjali pubbliċi jiġu assenjati b’mod permanenti biex jaħdmu f’Għawdex bil-grad rispettiv, id-dritt tas-salarju, u l-punt tassalarju tagħhom, inkluż id-dritt għal żidiet, kwalunkwe progressjoni u promozzjoni marbuta mal-post. Huwa ċċarat li dawn il-kandidati mhux se jingħataw marki addizzjonali fil-proċess tal-għażla għall-pussess ta’ kwalunkwe kwalifiki li huma rekwiżit ta’ eliġibbiltà kif iddikjarat f’din is-sejħa għall-applikazzjoni.

Ministry / Department :

Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva

 

Contact Persons :

Ms. Maureen Mahoney (Direttur Ġenerali, People Management)

Address :

15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti

Vallettam VLT1171

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.