Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Job Duties |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Chairperson Kliniku fid-Dipartiment tar-Radjoloġija Dijanjostika u Interventiva, fl-Isptar Mater Dei fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.
Salarju
3. Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Chairperson Kliniku fid-Dipartiment tar-Radjoloġija Dijanjontiska u Interventiva huwa ekwivalenti għal Skala ta' Salarju 3 li fis-sena 2026 huwa ta' €45,904.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Chairperson Kliniku fid-Dipartiment tar-Radjoloġija Dijanjostika u Interventiva jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
- kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża sabiex jitwettqu b'mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti aktar minn hekk:
(i) ikollhom isimhom imniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tar-Radjoloġija miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta; jew
(ii) ikunu approvati li isimhom jitniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tar-Radjoloġija miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta; jew
(iii) (a) ikollhom Ċertifikat ta' Tlestija ta' Speċjalist (CCST) maħruġ mill-Kumitat għall-Addreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta għall-ispeċjalita' rilevanti li turi li l-applikant temm tali taħriġ speċjaliżżat li jista' jkun preskritt għar-Radjoloġija; jew
(b) ikollhom kwalifika ta' speċjalist ekwivalenti għas-CCST għar-Radjoloġija li tkun maħruġa mill-Awtorita' kompetenti fi stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif imniżżel f'parti 1 (b) tat-Tieni Skeda tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa ta' Malta; jew
(c) ikollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta' speċjalist dment li din tkun akkumpanjata b'dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta, li tiddikjara li l-kwalifiki/ esperjenza huma suffiċjenti sabiex tabib ikun irreġistrat mal-Kunsill Mediku ta' Malta bħala speċjalist fir-Radjoloġija.
5.3 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti ghandhom aktar minnhekk ikollhom ħames (5) snin esperjenza full-time bħala Speċjalist fir-Radjoloġija. Qed jiġi hawnhekk iċċarat li l-esperjenza ta' speċjalist titqies li ma tibdiex qabel id-data tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru għall-ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta, jew reġistrazzjoni ekwivalenti li tkun maħruġa mill-Awtorita' kompetenti fi stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Qed jiġi ċċarat ukoll li meta l-esperjenza tkun miksuba fuq bażi part-time jew fuq inqas minn 40 siegħa fil-ġimgħa, din tkun rikonoxxuta fuq bażi prorata.
5.4 L-applikanti magħżula eliġibbli taħt paragrafu 5.2 (iii) (b) u paragrafu 5.2 (iii)(c) hawn fuq iridu jkunu mniżżla fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta u għandhom ukoll ikunu rreġistrati bi sħiħ mal-Kunsill Mediku ta' Malta qabel il-ħatra.
5.5 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' paragrafu 5.2 (iii)(b) u paragrafu 5.2(iii)(c) hawn fuq iridu jiksbu dikjarazzjoni ta' rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta li tikkonferma li l-kwalifiki tagħhom jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikat ta' Tlestija tat-Taħriġ ta' Speċjalist (CCST) maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta. F'każ ta' kwalunkwe diffikulta', il-parir tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta għandu jkun imfittex.
Sabiex tiġi ffaċilitata r-referenza, is-sit elettroniku tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta jista' jiġi kkonsultat fuq: https://medicalcouncil.gov.mt/wp-content/uploads/2024/10/mcsac.pdf
5.6 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' paragrafu 5.2 (iii)(b) jew paragrafu 5.2 (iii)(c) hawn fuq, u li jkunu meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti kif speċifikat f' paragrafu 5.5 għandhom jinkludu kopja ta' dik id-dikjarazzjoni mal-applikazzjoni u jippreżentaw l-oriġinali waqt l-intervista. Kandidati mhux fil-pussess ta' din id-dikjarazzjoni meħtieġa xorta jistgħu japplikaw, dment li jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni hekk kif din tkun għad-dispożizzjoni tagħhom u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mid-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien il-perjodu ta' xahar għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom jistgħu jitolbu għal estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien sa xahar ieħor mill-Kap tad-Dipartiment li qed tilqa' l-applikazzjonijiet, u jindikaw b' mod ċar ir-raġunijiet għal dan id-dewmien. Talbiet għal estensjoni lil hinn minn dan il-perjodu għandhom jiġu sottomessi għall-konsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva |
Contact Persons : | Maureen Mahoney, Direttur Ġenerali (People Management) |
Address : | 15, Palazzo Castellania, Triq il-Merkanti, Valletta VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992600 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.