Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Systems Administrator

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MEER 15/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Teknoloġija tal-Informatika
    Data ppubblikata: 04/09/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 22/09/2026 13:30
    Ministeru: Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A- Duties: Senior Systems Administrator 
1. Id-Direttur Ġenerali għall-Operat, f'isem is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r- Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Systems Administrator fl-Information Management Unit fil-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax (12)-il xahar. 

2.2 Is-salarju ta' Senior Systems Administrator huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fis-sena 2026 huwa ta’ €32,158.00 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €35,345.02.

2.3 Persuna fil-grad ta' Senior Systems Administrator titla’ fi Skala 6 (€33,931.02 x €596.33 - €37,509.00 fis-sena 2026) wara tliet (3) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti u jekk tkun lestiet kors speċifiku ta' ICT Toolkit relatat ma' dan il-grad kif stabbilit minn żmien għal żmien mil-Amministrazzjoni Ċentrali.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Senior Systems Administrator tkun intitolata għal-Performance Bonus annwali marbut sa massimu ta' 15% tas-salarju bażiku tiegħu. L-ammont pagabbli jiġi ddeterminat miċ-Chief Information Officer wara li tiġi kkunsidrata l-prestazzjoni tal-uffiċjal u, fejn japplika, kwalunkwe rakkomandazzjoni li titressaq missuperjur immedjat tal-uffiċjal. Il-ħlas tal-bonus huwa suġġe t għal-policies tal-Amministrazzjoni Ċentrali skont kif inhu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

a. Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkol għal al-inclusive communication alowance annwali ta’ €815 u class alowance annwali ta’ €7,000.
2.5 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Systems Administrator jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

(i) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija kif ukoll dik Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni; 

U

(ii) a. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livel 6 tal-MQF (b'minimu ta' 180 ECTS jew ekwivalenti*) fil-Computing u/jew ICT, jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli f'Livel 6 tal-MQF fil-Computing u/jew ICT, flimkien ma' sentejn (2) esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT;

*Kwalifika ta’ Baċelerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċe tata biss suġġe t għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mi l-MQRIC li tiġi so tomessa mal-applikazzjoni (suġġe t għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 taddokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċelerat rikonoxxuta mi l-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l2009) b’inqas minn 180 kretu ECTS hija aċċetabbli sakemm jiġi vverifikat mil-MQRIC jew l-Università ta’ Malta li lammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 kre tu ECTS.

JEW

(ii) b. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livel 5 tal-MQF (b'minimu ta' 60 ECTS jew ekwivalenti*) fil-Computing u/jew ICT, jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli f'Livel 5 tal-MQF fil-Computing u/jew ICT, flimkien ma' erba' (4) snin esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT;

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 60 ECTS kre ti, hekk kif applikabbli hija aċċe tata biss suġġe t għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mi l-MQRIC li tiġi sotomessa mal-applikazzjoni (suġġe t għad-dispożizzjonijiet talklawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).

JEW

(ii) c. fi Skala ta' Salarju mhux inqas minn Skala 11, b'seba' (7) snin esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 
L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 

Ministry / Department :

Ministeru għall- Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir

Contact Persons :

Ms Gianella Lia- Manager II

Address :

6, Triq Ħal-Qormi, Sta Venera SVR 1302

Telephone :

20953131 

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.