Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A - Job Duties - ENG_MLT |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur (Probation u Parole), Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Probation Officer fuq bażi full-time/part-time ġewwa d-Dipartiment tal-Probation u Parole, fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.
2.2. Il-persuna maħtura tista' taqdi d-dmirijiet tiegħu fuq bażi full-time/part-time, skont ir-rosters preparati mid-Dipartiment tal-Probation u Parole fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza. Probation Officers ingaġġati fuq bażi part-time iridu jaħdmu preferibilment sa għoxrin (20) siegħa fil-ġimgħa. Skedi oħra ta' xogħol jistgħu jiġu diskussi mal-Management.
2.3 Is-salarju ta’ Probation Officer fuq bażi full-time/part-time pro-rata huwa ta’ Skala ta' Salarju 8, li fis-sena 2024 huwa ta’ €27,179.02 fis-sena, li jiżdied b’€486.83 fis-sena sa massimu ta’ €30,100.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Probation Officer titla’ fi Skala ta' Salarju 7 (€28,855.98 x €531.17 - €32,043) wara erba' (4) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.5 Persuna fil-grad ta' Probation Officer għandu jkollu xeħta biex jikkomunika u jkun kapaċi jibni relazzjonijiet interpersonali. Jeħtieġ li jkollu wkoll interviewing skills tajba u ħiliet fil-kitba.
2.6 Persuna fil-grad ta' Probation Officer huwa mistenni li jaqdi d-dmirijiet tiegħu bħala parti mis-servizz ta' emerġenza ta' erbgħa u għoxrin siegħa u huwa mistenni li jaħdem sigħat irregolari tal-ġurnata skont l-esiġenzi tax-xogħol.
2.7 Probation Officer huwa mistenni li jkollu fil-pussess tiegħu liċenzja valida tas-sewqan jew ikun jinsab fil-proċess li jikseb waħda u jkun mistenni juża l-mezz tat-transport tiegħu għax-xogħol. Huwa jkun ntitolat għall-allowance approvata.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Probation Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża;
U
iii. (a) fil-pussess ta' Post-Graduate Diploma rikonoxxuta f'livell 7 ta' l-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti *) fil-Probation Services.
JEW
(b) fil-pussess ta' ittra uffiċjali maħruġa mill-Universita' ta' Malta jew Universita'/Istituzzjoni kompetenti u rikonoxxuta li tiddikjara li l-persuna temmet b'suċċess il-livell ta' Post-Graduate Diploma fis-servizzi tal-Probation f'livell MQF 7 (li tinkludi minimu ta' 60 ECTS/ECVET) jew kwalifika professjonali komparabbli u rikonoxxuta, imma għażlet li tkompli għall-livell ta' Masters rikonoxxuta f'livell MQF 7 (li tinkludi minimu ta' 90 ECTS/ECVET) jew kwalifika professjonali komparabbli*.
*Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta b'minimu ta' 60 krediti ECTS/ECVET hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta mill-Universita' ta' Malta (mogħtija qabel l-2009) b'inqas minn 60 kreditu ECTS/ECVET hija aċċettabli sakemm ikun ivverifikat mill-MQRIC li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli ma' mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (iii) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://recruitmentadmin.gov.mt//attachments/2024_02_13_11_45_06_General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2024. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.5 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Department of Probation and Parole (MHSR) |
Contact Persons : | Mark Seychell |
Address : | Millennia Building, 3rd Floor, Aldo Moro Road, MRS9065 |
Telephone : | 2295 1000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.