Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Duties - JLO (MT & EN) |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali għall-Operat, f'isem is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Junior Legal Officer fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar .
2.2 Is-salarju ta’ Junior Legal Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2021 huwa ta’ €22,633 fis-sena, li jiżdied b’€447.33 fis-sena sa massimu ta’ €25,317.
2.3 Persuna fil-grad ta’ Junior Legal Officer titla’ fi Skala ta' Salarju 8 (€24,091 x €486.83 - €27,012 fis-sena 2021) wara sentejn (2) snin servizz fil-grad ta' Junior Legal Officer, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti, u sakemm ikollha mill-inqas tlett (3) snin ta' prattika legali ppruvata wara li tkun kisbet il-Warrant ta' Avukat.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Legal Officer fi Skala 8 titla' fi Skala 7 (€25,656 x €531.17 - €28,843 fis-sena 2021) wara sitt (6) snin servizz fil-grad, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.5 Il-persuna nnominata tkun intitolata għall-benefiċċji u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Union kompetenti.
2.6 Il-persuna maħtura għandha tiżgura li qed topera skont il-Kodiċi tal-Etika u ta' Sezzjoni 6.2.3 tal-PSMC, u li ma twettaq l-ebda tip ta' xog'ħol barra mill-impjieg tagħha mal-Gvern u / jew li jista' jwassal għal kunflitt ta' interess jew tfixkil fil-qadi tad-dmijiet uffiċjali tagħha mal-Gvern. Xogħol privat għandhu jkun dejjem bil-permess tas-Segretarju Permanenti.
2.7 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.
2.8 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Junior Legal Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
- kapaċi jikkomunikaw bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż;
- fil-pussess tal-Warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' Avukat f-Malta.
iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
4.2. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.
Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti*, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.5 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.7 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
4.8 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar |
Contact Persons : | Olivia Rossitto, Manager II, HR |
Address : | 6, Triq Ħal-Qormi, Sta Venera, SVR 1301 |
Telephone : | 23316264 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.